Ftit wara li Ġesu għażel l-appostli, kienet ġriet xniha li kien irċieva din l-ittra …
Lil: Ġesu, bin Ġużeppi, Il-ħanut tal-Mastrudaxxa, Nazaret.
Minn għand: Jordan Management Consultants, Jerusalem.
Fl-opinjoni tagħna, it-tnax-il raġel li għażilt biex imexxu l-intrapriża ġdida tiegħek huma neqsin mill-edukazzjoni u d-dispożizzjoni vokazzjonali għall-biċċa xogħol iebsa li għaliha int bi ħsiebek tidħol.
Xmun Pietru jħalli l-emozzjonijiet jiġru bih u jitilgħulu malajr. Indri’ m’għandu l-ebda kwalità ta’ leader. L-aħwa Ġakbu u Ġwanni jpoġġu l-interess personali tagħhom qabel il-lejaltà lejn il-kumpanija. Tumas jiddubita f’kollox u jimmina l-moral ta’ sħabu. Inħossuna fid-dmir li ngħidulek li Mattew qiegħed fil-lista s-sewda tal-kumpanija Greater Jerusalem Better Business Bureau. Ġakbu, bin Alfew, u Ġuda Taddew ixaqilbu lejn tendenzi radikali u qegħdin f’xifer ta’ stat mentali dipressiv u manjakali.
Mill-banda l-oħra, wieħed mill-kandidati juri potenzjal kbir. Hu bniedem ta’ ħiliet u riżorsi kbar, għandu moħħ jinqala’ għan-negozju u għandu kuntatti mal-ogħla awtorità. Hu ambizzjuż u motivat ħafna. Nirrakomandawlek lil Ġuda l-Iskarjota biex ikun l-id il-leminija tiegħek li tista’ tħalli kollox f’idejh.
Nawgurawlek kull suċċess f’din l-avventura ġdida tiegħek.
Ara kieku Ġesu mexa fuq il-kriterji ta’ din id-dinja!
(Meħud minn St. Andrews Church Magazine, Luton, Ingilterra)
Edward Tagliaferro