Il-Papa jesprimi l-kondoljanzi tal-mewt ta’ Mikhail Gorbachev

Print Friendly, PDF & Email

It-Tlieta, Mikhail Gorbachev miet fl-isptar f’Moska, wara marda twila fl-età ta’ 91 sena. L-Erbgħa, l-Papa Franġisku bagħat telegramma ta’ kondoljanzi lit-tifla tal-ex statista Sovjetiku, s-Sinjura Irina Gorbachev. Il-Papa esprima l-“qrubija spiritwali” tiegħu f’dan iż-żmien ta’ niket, u estenda l-“kondoljanzi mill-qalb” tiegħu lill-membri tal-familja tiegħu u lil kull min rah bħala stat ta’ valur.

“Waqt li niftakru bi gratitudni fl-impenn tiegħu li ħares il-bogħod lejn l-armonija u l-fraternità fost il-popli, kif ukoll għall-progress ta’ pajjiżu stess fi żmien ta’ bidliet importanti, nitlob b’talb ta’ suffraġju, nitlob għal paċi eterna għal ruħu lil Alla li hu twajjeb u ħanin”.

L-istatista u riformatur prominenti li qabel kien Sovjetiku għen biex titneħħa l-Purtiera tal-Ħadid, li wassal għax-xoljiment tal-Unjoni Sovjetika, u beda triq ġdida fir-relazzjonijiet mas-Santa Sede, temm għexieren ta’ snin ta’ persekuzzjoni reliġjuża kontra l-Knisja Kattolika, f’dik li qabel kienet USSR.

Mikhail Gorbachew kien l-aħħar president tal-Unjoni Sovjetika qabel ix-xoljiment tagħha fl-1991. Huwa kellu rwol kruċjali fit-tmiem tal-Gwerra l-Bierda, li ta dan rebaħ il-Premju Nobel għal Paċi fl-1990, u l-popolarità mifruxa fil-Punent, iżda mhux f’pajjiżu, fejn xi Russi waħlu fih għall-implożjoni tal-Unjoni Sovjetika tal-1991 u għall-waqa’ ekonomiku li seħħ fir-Russja fis-snin disgħin.     

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-08/pope-francis-condolences-death-mikhail-gorbachev-soviet-union.html

%d bloggers like this: