Il-Papa jgħid li qed ngħixu t-Tielet Gwerra Dinjija.

Print Friendly, PDF & Email

Waqt l-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa filgħodu, l-Papa Franġisku fakkar fit-38 anniversarju minn meta faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija. Meta ndirizza lill-fidili tal-lingwa Pollakka miġbura, hu nnota li “Għada jitfakkar l-anniversarju tal-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija, li mmarkat b’tant tbatija lin-nazzjoni Pollakk”. “Jalla l-memorja tal-esperjenzi tal-passat iħeġġiġkom biex tikkultivaw il-paċi fikom infuskom, fil-familji tagħkom, fil-ħajja soċjali u internazzjonali”, qal il-Papa.

It-Tieni Gwerra Dinjija bdiet fl-1 ta’ Settembru 1939 u damet sat-2 ta’ Settembru 1945.

Il-Papa Franġisku dawwar l-attenzjoni tiegħu wkoll lejn il-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna, u nnota li llum qed ngħixu “t-Tielet Gwerra Dinjija” – waħda li qed tiġi miġġielda biċċa biċċa. Huwa ħataf l-opportunità biex jitlob għall-poplu Ukren, u talab lill-Madonna biex tappoġġjahom fl-“għażla ta’ kuljum ta’ tjubija, ġustizzja u solidarjetà ma’ dawk fil-bżonn, li tiġġenera tama, ferħ u libertà interjuri f’qalbkom”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-08/pope-francis-wwii-anniversary-ukraine-war-peace-appeal.html

%d bloggers like this: