Il-Papa waqt Quddiesa fil-Każakstan: “Is-salvazzjoni tagħna hi li naraw lil Ġesù msallab”.

Print Friendly, PDF & Email

Għalkemm jirrappreżentaw inqas minn 1% tal-popolazzjoni tal-pajjiż, l-Erbgħa, membri tal-komunità Kattolika żgħira tal-Każakstan ħarġu b’eluf biex jipparteċipaw fil-Quddiesa Mqaddsa ppreseduta mill-Papa Franġisku fiċ-Ċentru EXPO ta’ Nur-Sultan.

Ara l-Omelija tal-Papa Franġisku waqt din il-quddiesa …

Għalkemm “is-Salib huwa forka tal-mewt”, qal il-Papa Franġisku fl-omelija tiegħu, “llum niċċelebraw il-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib ta’ Kristu, għax fuq l-għuda tiegħu Ġesù ħa fuqu d-dnub kollu tagħna u l-ħażen tad-dinja, u rebaħhom bl-imħabba Tiegħu”.

Il-Papa rrifletta fuq ix-xbihat kuntrastanti ta’ “s-sriep li jigdmu” u “s-serp li jsalva”, meħudma mill-qari mill-Ktieb tan-Numri. Waqt li vvjaġġaw mid-deżert lejn l-Art Imqaddsa, l-Iżraelin tilfu l-fiduċja tagħhom f’Alla u fil-wegħdiet Tiegħu u ngidmu minn sriep fatali.

“L-ewwel parti tar-rakkont”, qal il-Papa Franġisku, “titlobna neżaminaw mill-qrib dawk il-mumenti fil-ħajja personali u komunitarja tagħna stess meta l-fiduċja tagħna fil-Mulej u f’xulxin tkun falliet”. Ifakkar ukoll “tipi oħra ta’ ‘gdim’ bl-uġigħ” li sofra l-Każakstan, inklużi vjolenza, persekuzzjoni ateja, u attakki fuq il-libertà personali u d-dinjità umana. L-Qdusija Tiegħu qal, “il-paċi qatt ma tintlaħaq darba għal dejjem”, u insista li “huwa mitlub impenn min-naħa ta’ kulħadd jekk il-Każakstan irid jibqa’ jikber fil-‘fraternità, djalogu, u fehim’.”

“Iżda, anki qabel dan, irridu nġeddu l-fidi tagħna fil-Mulej: inħarsu ‘l fuq, inħarsu lejh, u nitgħallmu mill-imħabba universali u msallab tiegħu”.

Din, qal il-Papa, hija t-tieni xbieha mill-qari tal-ġurnata: “is-serp li jsalva”. Alla, kompla hu, “ma jeqredx l-affarijiet diżgustanti u bla valur li l-bnedmin jagħżlu li jsegwu.” Minflok, Ġesù jiġi fostna, mgħolli fuq is-Salib bħas-serp tal-bronż li Mosè arbula fid-deżert.

“Quddiem il-miżerja tagħna, Alla jagħtina orizzont ġdid,” qal il-Papa Franġisku. “Jekk inżommu ħarsitna f’Ġesù, d-dejn tal-ħażen ma jistax jibqa’ jirbaħ fuqna, għax fuq is-Salib huwa ħa fuqu l-velenu tad-dnub u tal-mewt, u għaffeġ il-qawwa qerrieda tagħhom.”

“Din hi l-kobor infinita tal-ħniena divina: Ġesù ‘sar dnub’ minħabba f’ġieħna.”

Il-Qdusija Tiegħu qal li “t-triq għas-salvazzjoni tagħna, t-twelid mill-ġdid u l-qawmien tagħna” hi li “naraw lil Kristu msallab”. Mis-Salib, kompla, l-insara jitgħallmu “l-imħabba mhux il-mibegħda; kompassjoni, mhux indifferenza; maħfra, mhux vendetta.” Kristu fuq is-Salib jurina wkoll “it-tgħanniqa tal-imħabba tenera ta’ Alla” u “l-imħabba fraterna li aħna msejħin li jkollna għal xulxin u għal kulħadd”.

Fi tmiem l-omelija tiegħu, l-Papa Franġisku nsista li l-insara jridu jitwieldu mill-ġdid mil-ġerħa miftuħa ta’ Ġesù msallab. U talab biex “inkunu meħlusin mill-velenu tal-mewt” u “biex bil-grazzja ta’ Alla nkunu nistgħu nsiru dejjem aktar Kristjani sħaħ: bix-xhieda ferrieħa ta’ ħajja ġdida, mħabba, u paċi”.           

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-09/pope-in-kazakhstan-our-salvation-is-to-behold-jesus-crucified.html

%d bloggers like this: