L-ewwel avveniment ewlieni fuq l-iskeda tal-Papa fil-Każakistan saret l-Erbgħa filgħdu fil-kapitali tan-nazzjoni ta’ Nur-Sultan meta ndirizza lill-parteċipanti fis-7 Kungress tal-Mexxejja tar-Reliġjonijiet Dinjija u Tradizzjonali. L-laqgħa ta’ jumejn, li ssir kull tliet snin, ġabret flimkien il-mexxejja reliġjużi minn madwar id-dinja biex din id-darba jikkokaw fuq kif il-mexxejja reliġjużi jistgħu jrawmu l-iżvilupp spiritwali u soċjali fid-dinja ta’ wara l-pandemija. Aktar minn 100 delegazzjoni minn 50 pajjiż qed jattendu għall-Kungress, magħmul minn rappreżentanti reliġjużi, kulturali, ċivili, governattivi u mhux governattivi.
Fid-diskors tiegħu lill-Kungress, il-Papa beda billi ndirizza lil kulħadd bħala “aħwa… f’isem il-fratellanza li tgħaqqadna bħala wlied fl-istess Ġenna”. Nnota li “qabel il-misteru tal-infinit li jittraxxendi u jiġbedna, r-reliġjonijiet ifakkruna li aħna ħlejjaq… mhux omnipotenti… li qed nivvjaġġaw lejn l-istess għan tas-sema”. Din in-natura kondiviża mbagħad toħloq b’mod naturali “rabta komuni, fraternità awtentika”, qal il-Papa, filwaqt li fakkar kif in-nazzjoni tal-Ażja Ċentrali tal-Każakstan tul l-istorja kienet art ta’ laqgħa li tinvolvi ideat, twemmin, u kummerċ bħal fir-rotta antika tal-ħarir. Esprima t-tama li l-laqgħat tar-reliġjonijiet tkun dejjem ibbażata fuq relazzjonijiet umani mmarkati mir-“rispett, djalogu sinċier, rispett għad-dinjità invjolabbli ta’ kull bniedem, u kooperazzjoni reċiproka”.
Fl-indirizz tiegħu, l-Papa kkwota l-aktar poeta rinomat tal-Każakstan u missier il-letteratura moderna tiegħu, Abai (1845-1904), li l-kitbiet tiegħu jirriflettu devozzjoni reliġjuża profonda u “r-ruħ nobbli ta’ dan il-poplu”. Huwa fakkar kif Abai ta’ spiss indirizza l-mistoqsijiet aħħarija dwar il-ħajja u t-tifsira biex tiġi kkultivata spiritwalità, u l-Papa ikkwotah meta qal, “dan iżomm ir-ruħ ħajja u l-moħħ ċar”, u li n-nies joqgħodu fuq nies ta’ fidi bħala “eżempji ta’ erwieħ ħajjin u mħuħ ċari” kif ukoll jirriflettu “reliġjożità awtentika”. L-Qdusija Tiegħu fakkar li l-fundamentaliżmu “jħammeġ u jikkorrompi kull twemmin”, u li jrid ikollna “qlub miftuħa u ta’ mogħdrija”.
Il-Papa Franġisku mbagħad innota l-importanza tal-libertà reliġjuża bħala “kundizzjoni essenzjali għal żvillup ġenwinament uman u integrali”. Maħluq libera, kull persuna “għandha d-dritt li tagħti xhieda pubblika tat-twemmin tagħha stess, tipproponih mingħajr qatt ma timponih”, permezz ta’ proselitiżmu jew indottrinament. Filwaqt li rrifletta fuq it-tema ta’ dan il-Kungress li jħares lejn kif jista’ joffri appoġġ spiritwali u soċjali f’dinja ta’ wara l-pandemija, l-Papa ffoka fuq erba’ sfidi li lkoll niffaċċjaw u b’mod speċjali ħeġġeġ lir-reliġjonijiet biex jaħdmu flimkien lejn għaqda akbar ta’ skop.
Il-pandemija tal-Covid-19 poġġiet lil kulħadd “fl-istess dgħajsa”, osserva l-Papa, u żied kif kixfet il-vulnerabbiltà komuni tagħna u l-ħtieġa għall-għajnuna. Huwa faħħar is-“sens qawwi ta’ solidarjetà” li rriżulta mill-pandemija iżda wissa li m’għandniex naħluha. Hawnhekk qal li r-reliġjonijiet huma “msejħa biex ikunu preżenti fuq il-linji ta’ quddiem, bħala promoturi tal-għaqda fost l-isfidi gravi li jirriskjaw li jifirdu aktar il-familja umana tagħna”.
“Hu minna, li nemmnu fid-Divin, li ngħinu lil ħutna fil-preżent biex ma ninsewx il-vulnerabbiltà tagħna… Fi ftit kliem, is-sens ta’ vulnerabbiltà kondiviża li ħareġ matul il-pandemija għandu jimmotivana biex nimxu ‘l quddiem, mhux kif konna qabel, imma issa b’umiltà u previżjoni akbar”.
Is-Suċċessur ta’ Pietru mbagħad żied jgħid li dawk li jemmnu huma “msejħin biex jieħdu ħsieb” l-umanità u jsiru “artiġjani tal-komunjoni, xhieda ta’ kooperazzjoni li tmur lil hinn mill-konfini tal-komunità tagħna, affiljazzjonijiet etniċi, nazzjonali u reliġjużi”. Qal li hemm bżonn nibdew billi nisimgħu lill-foqra, lil dawk li huma skartati, lil dawk li huma bla saħħa, li juruna “li qed issofru fis-skiet u disprezz ġenerali”.
“Dak li nipproponi mhux biss triq għal aktar attenzjoni u solidarjetà, iżda wkoll triq għall-fejqan għas-soċjetajiet tagħna. Għax il-faqar huwa preċiżament dak li jippermetti t-tixrid ta’ epidemiji u ħażen ikbar ieħor li jiffjorixxu fejn hemm il-faqar u l-inugwaljanza”.
It-tieni sfida globali li l-Papa enfasizza hija l-isfida tal-paċi. Għalkemm ġie diskuss mill-mexxejja reliġjużi speċjalment f’dawn l-aħħar deċennji, l-pjaga tal-gwerer u l-konfrontazzjoni għadha qed tabti minnhom id-dinja. Dan jeħtieġ “qabża ‘l quddiem” mir-reliġjoniet il-kbar biex jingħaqdu b’mod attiv u jimpenjaw ruħhom għall-paċi, qal il-Papa, jekk in-nies ta’ żmienna jridu jkunu ispirati biex jidħlu fi djalogu rispettuż u responsabbli.
“Alla hu paċi. Hu jiggwidana dejjem fit-triq tal-paċi, qatt dik tal-gwerra. Ejjew nimpenjaw ruħna, mela, aktar u aktar biex ninsistu fuq il-ħtieġa li jiġu solvuti l-kunflitti mhux bil-mezzi inkonklussivi tal-poter, bl-armi u t-theddid, iżda bl-uniċi mezzi mbierka mis-sema u denji tal-bniedem: il-laqgħa, d-djalogu u l-paċenzja fin-negozjati, li jagħmlu progress speċjalment meta jqisu l-ġenerazzjonjijiet żgħażagħ u futuri… Ejjew ninvestu, nitlobkom, f’dan: mhux f’aktar armi, imma fl-edukazzjoni!”
It-tielet sfida li għandna quddiemna hija “l-aċċetazzjoni fraterna”, spjaga l-Papa, filwaqt li nnota kif kuljum “it-tfal, imwielda u mhux imwielda, migranti u anzjani, jtwarrbu… iżda kull bniedem huwa qaddis”. Huwa speċjalment il-kompitu tar-reliġjonijiet li jfakkru lid-dinja f’dan, qal il-Papa, li fakkar fl-eżodu massiv tan-nies illum ikkawżat mill-gwerra, mill-faqar u mit-tibdil fil-klima. Huwa qal, “huwa dmirna li nkunu konxji li l-Ħallieq, li jħares fuq kull ħlejqa Tiegħu, iħeġġiġna biex inqisu lill-oħrajn kif jagħmel Hu, u fihom naraw wiċċ ħija jew oħti”.
L-isfida finali li lkoll niffaċċjaw hija “li nieħdu ħsieb id-dar komuni tagħna”, li nipproteġu l-ambjent naturali mill-ħsara li nikkawżaw permezz tat-tniġġid, l-isfruttament, u l-qerda. Huwa nnota kif “il-mentalità tal-isfruttament” qed teqred id-dar komuni tagħna u twassal għal “eklissi tal-viżjoni ta’ rispett u reliġjuża tad-dinja li hija r-rieda tal-Ħallieq”.
Bħala konklużjoni, l-Papa Franġisku ħeġġeġ lil kulħadd biex “nimxu ‘l quddiem flimkien, ħalli l-mixja tar-reliġjonijiet tkun dejjem akta immarkata mill-ħbieberija”.
“Jalla Dak li Jista’ Kollox… jippermettilna nikkultivaw ħbiberiji miftuħa u fraterni permezz ta’ djalogu frekwenti u sinċerità mdawwla ta’ skop. Jalla qatt ma nimmiraw lejn forom artifiċjali u konċiljatorji ta’ sinkretiżmu, imma nżommu sod l-identitajiet tagħna stess, miftuħa għall-kuraġġ tal-oħrajn u għal-laqgħa fraterna. B’hekk biss, f’dawn iż-żminijiet mudlama li qed ngħixu fihom, inkunu nistgħu ndawwlu d-dawl tal-Ħallieq tagħna”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-09/pope-religions-key-to-building-world-peace-and-understanding.html