L-ekonomija trid tħaddan lill-foqra

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa lill-Ekonomija taż-żgħażagħ Francesco: “Bħal San Franġisk, l-ekonomija trid tħaddan lill-foqra”

“Meta żagħżugħ jara f’żagħżugħ ieħor l-istess sejħa, u din l-esperjenza tiġi ripetuta ma’ mijiet, u anke eluf ta’ żgħażagħ oħra, allura jsiru possibbli affarijiet kbar…”. B’dan il-kliem ta’ inkoraġġiment, il-Papa Franġisku fetaħ id-diskors tiegħu, fl-aħħar jum tal-Ekonomija ta’ Francesco, li sar fil-belt ta’ Assisi bejn it-22-24 ta’ Settembru, u fakkar liż-żgħażagħ li jistgħu jbiddlu d-dijna għall-aħjar.

“Intom iż-żgħażagħ, bl-għajnuna ta’ Alla, tafu x’għandkom tagħmlu, u tistgħu tagħmluh. Żgħażagħ oħrajn qabilkom għamluh dan qabel matul l-istorja”.

Il-Qdusija Tiegħu rrikonoxxa li ġenerazzjonijiet preċedenti ħallew liż-żgħażagħ ħafna għana, iżda “ma kienux jafu kif jipproteġu l-pjaneta u mhux qed jiżguraw il-paċi”. Iż-żgħażagħ, qal, “huma msejħa biex isiru artiġjani u bennejja tad-dar komuni tagħna”.

Il-Papa Franġisku enfaiszza wkoll il-mudell ta’ profezija li kien il-fokus tal-Ekonomija ta’ Francesco, u nsista fuq il-ħtieġa ta’ “viżjoni ġdida tal-ambjent u tad-dinja”. Minbarra s-sostenibbiltà ekoloġika, l-Papa sejjaħ ukoll l-attenzjoni għad-dimensjonijiet soċjali, relazzjonali, u spiritwali tas-sostenibbiltà. Dan, qal, jinvolvi li wieħed jagħraf l-għajta tal-foqra fl-għajta tal-art, u li l-foqra jibqgħu dejjem f’moħħna; l-bini ta’ relazzjonijiet biex jingħeleb “ġuħ ta’ ferħ fid-dinja moderna”; u li nagħrfu li l-kapital spiritwali huwa qabel u aktar importanti mill-kapital ekonomiku.

Filwaqt li fakkar fl-imħabba ta’ San Franġisk lejn il-foqra, l-Papa Franġsiku nsista li l-Ekonomija ta’ Francesco trid “tirrispetta, tħobb u tieħu ħsieb lill-foqra, lil kull fqir, lil kull persuna fraġli u vulnerabbli”. Dan, qal, ifisser li mhux biss taħdem għall-foqra, iżda li tbiddel l-ekonomija. M’għandniex għalfejn inħaddnu l-faqar, bħalma għamel San Franġisk, imma rrifu nibdlu l-ekonomija biex niġġieldu l-miżerja li jiffaċċjaw in-nies.

Fl-aħħar nett, il-Papa Franġisku temm il-kummenti tiegħu bi tliet tabelli għaż-żgħażagħ ‘il quddiem. Stedinhom iħarsu lejn id-dinja b’għajnejn l-ifqar fost il-foqra; li tiftakru f’dawk li jaħdmu b’idejhom u l-importanza tax-xogħol; u biex “tnisslu” l-ideat tagħhom f’azzjonijiet konkreti.   

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-09/pope-to-economy-of-francis-youth-go-forth-inspired-by-francis.html

%d bloggers like this: