Quddiem il-Vanġelu tal-lum, x’pożizzjoni konna nieħdu aħna?

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku fl-Angelus tar-Raba’ Ħadd tar-Randan

Minn Daniel Borg

Ġesu jfejjaq lill-agħma minn twelidu (Ġw 9, 1-41). Il-Papa fl-Anġelus jqabbel ir-reazzjonijiet fil-Vanġeli tal-lum: (a) tad-dixxipli li jipprovaw isibu kawża tal-għama tiegħu; (b) tal-Fariżej li ma jridux jemmnu (x-xettiċizmu); (c) tal-ġenituri li jibżgħu mill-awtoritajiet; u (d) tal-agħma li jemmen. Ir-reazzjoni tal-agħma hi waħda sempliċi: “Ħaġa waħda naf: li jien kont agħma u issa qiegħed nara”

Ma jinteressahx mir-reazzjoni tal-oħrajn. Kien agħma u tallab. Ġa esperjenzja d-diskriminazzjoni, l-emarġinazzjoni, d-disprezz, u l-preġudizzji tal-oħrajn. Issa imma ħieles u għalhekk ma jistħix u ma jibżax jixhed għal Ġesu’! Ġesu tah id-dinjita sħiħa, id-dinjita sħiħa tal-fejqan ta’ Ġesu. Ġesu jfejqu mingħajr ma jitolbu xejn lura.

U l-Papa jistaqsina nirriflettu x’pożizzjoni kieku aħna llum? Kapaċi naraw ir-rigali sbieħ li rċevejna? Għandna l-kuraġġ li nixhdu l-ferħ ta’ Ġesu? Il-Papa jsejħilna biex ikollna l-istagħġib li nagħrfu f’kull sitwazzjoni l’id ta’ Alla f’ħajjitna.

Ara diskors kollu tal-Papa bil-Malti … https://laikos.org/papa_frangisku_angelus_19032023.htm

%d bloggers like this: