L-aktar salib komuni li nassoċjawh mal-Knisja Kattolika huwa bla dubju s-Salib Nisrani jew is-Salib Latin. Dan huwa magħruf ukoll bħala s-Salib tal-Liturġija li jirrappreżenta l-mewt ta’ Ġesù Kristu. Dan is-salib huwa mxerred l-aktar fil-Knisja Kattolika.

Matul ix-xahar ta’ April tista’ taqra aktar dwar is-simboli u t-tifsira ta’ diversi slaleb assoċjati mal-Knisja Kattolika fil-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun ser jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. F’artiklu minnhom naqraw dwar is-Sitt Martri ta’ Casamari li kienu vittmi tas-Suldati Franċiżi. It-tifkira liturġika ta’ dawn il-martri niċċelebrawha fis-16 ta’ Mejju. F’artiklu ieħor insiru nafu s-Seminar li sar bejn it-13 u s-17 ta’ Frar hawn Malta. 31 Direttur ta’ Missio minn madwar l-Ewropa waslu Malta biex flimkien jiddiskutu l-isfidi diversi ta’ Missio fil-ħajja tal-lum.
Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.