Il-Papa Franġisku beda t-tieni jum tal-Vjaġġ Appostoliku tiegħu fl-Ungerija bi żjara lill-Beatu László Batthyány-Strattmann: Istituzzjoni Soċjali Kattolika, Kindergarten, Skola Primarja, u Dar Speċjali tat-Tfal għall-Għomja.
Il-Papa ntlaqa fl-Istitut mid-direttur tiegħu, György Inotay, li sellem lill-Papa bit-talba ta’ San Franġisk għall-paċi.
Wara dawra qasira mal-faċilitajiet, il-Papa Franġisku attenda għall-kunċert b’xogħlijiet primarjament ta’ kompożituri Ungeriżi. Imbagħad, il-Papa ltaqa’ ma’ wħud mit-tfal ikkurati fid-dar.
F’rimarki qosra (mingħajr skritt), il-Papa rringrazzja lid-direttur taċ-ċentru talli beda l-attività bit-talba ta’ San Franġisku, u sejħilha “programm tal-ħajja”. Qal li l-qaddisin dejjem ifittxu li jħaddnu r-realtà tal-ħajja ta’ madwarhom u jagħmlu xi ħaġa biex itejbu l-ħajja tal-oħrajn, mingħajr ma jfittxu li jaħarbu mir-realtà.
“Hekk kif nimxu fir-realtà tagħna hi kif inhi, jeħtieġ li nistinkaw ‘il quddiem eżattmanet f’din ir-realtà, u dan hu l-Evanġelju, pur u sempliċi,” qal il-Papa. “Ġesù wasal biex jassumi r-realtà kif kienet u mexxiha ‘l quddiem.” Żied jgħid li kien ikun aktar faċli għal Ġesù li jaqbad ma’ ideoloġija sempliċi u jipproklamaha “mingħajr ma jqis sewwa r-realtà”. Madankollu, qal il-Papa, Ġesù għażel it-triq tar-realtà, u żied li din għandha tkun l-għan tal-insara kollha.
Il-Papa Franġisku temm ir-rimarki qosra tiegħu billi rringrazzja lit-tfal talli offrewlu merħba mill-qalb fid-dar tagħhom.
L-Istitut László Batthyány-Strattmann, jipprovdi edukazzjoni fil-kindergarten u l-iskola primarja, kif ukoll kura komprensiva għal tfal b’diżabilitajiet viżwali u dawk fiżiċi. Dan ġie mwaqqaf fl-1982 minn Sr Anna Fehér, bl-għajnuna tal-Kardinal László Lékai. L-Istitut jagħti tama u opportunitajiet ġodda lit-tfal neqsin mid-dawl u tfal bi bżonnijiet speċjali, grazzi għall-preżenza ta’ professjonisti tas-saħħa mentali, tagħmir edukattiv u fiżjoterapewtiku modern, pixxina u ginnasju.
Huwa msemmi għall-Beatu Lászlo Batthyány-Strattman, aristokratiku Ungeriż li sar magħruf bħala “it-tabib tal-foqra”. Il-Beatu László kien ibbeatifikat minn San Ġwann Pawlu II fl-2003. L-Istitut ilu mmexxi mill-2016 mill-organizzazzjoni “Kolping”, magħrufa wkoll bħala “KOSZISZ”, li hija mmexxija mill-Konferenza tal-Isqfijiet Ungeriżi.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-04/pope-francis-visits-home-for-the-blind-in-budapest.html
Il-Papa Franġisku jżur id-dar tal-Beatu Laszlo għat-tfal għomja f’Budapest