Fil-konferenza stampa tradizzjonali tiegħu abbord it-titjira tar-ritorn lejn Ruma minn Budapest, il-Papa Franġisku tkellem mal-ġurnalisti dwar firxi ta’ kwistjonijiet.
Dawn kienu jinkludu l-isforzi tas-Santa Sede biex tiffaċilita r-ritorn lejn l-Ukrajna ta’ tfal Ukren meħuda fir-Russja matul il-gwerra, tamiet għall-paċi, u kuntatti mal-Kremlin, flimkien ma’ djalogu ekumeniku. Semma wkoll saħħtu wara li ddaħħal l-isptar fil-ġimgħa ta’ qabel Ħadd il-Palm.
Il-Papa tkellem ukoll dwar ir-ritorn tal-artifatti tal-Parthenon lejn il-Greċja, u sejħilha eżempju għal ġesti simili fil-futur.
Għal intervista kollha mal-Papa u għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-04/pope-francis-apostolic-journey-hungary-inflight-press-conference.html