Fl-aħħar jiem, xita qawwija u għargħar qatlu mill-inqas 130 ruħ u qerdu aktar minn 5,000 dar fir-Rwanda. B’reazzjoni għal dan, il-Papa Franġisku bagħat il-kondoljanzi tiegħu lil dawk milquta f’telegramma indirizzata lin-Nunzju Appostoliku għar-Rwanda, l-Arċisqof Arnaldo Catalan.
Nhar il-Ħamis, il-Papa qal li kien “imnikket ħafna meta sar jaf bit-telf ta’ ħajjiet u l-qerda kkawżati mill-għargħar li laqat il-provinċji tal-Punent u tat-Tramuntana tar-Rwanda”. L-Papa Franġisku esprima wkoll “il-qrubija spiritwali tiegħu ma’ dawk kollha li qed ibatu wara dan id-diżastru”. Hu offra wkoll “l-assigurazzjoni tiegħu li jitlob għall-mejtin, għall-midruba, u dawk li kellhom iħallu darhom, kif ukoll għal dawk involuti fis-salvataġġ.” Il-Papa għalaq it-telegramma tiegħu billi estenda l-Barka Appostolika tiegħu fuq il-poplu kollu tar-Rwanda.
Il-Ħamis, id-deputat kelliem tal-gvern tar-Rwanda, Alain Mukuralinda, qal lill-ġurnalisti li ġew irreġistrati 130 mewt minn meta beda l-għargħar it-Tlieta filgħaxija. “Hemm 77 midruba, b’36 minnhom jinsabu rekoverati l-isptar. Hemm ukoll ħames persuni li huma neqsin,” qal. Aktar minn 5,100 dar inqerdu u 2,500 oħra saritilhom ħsara, bir-residenti bil-bżonn ta’ rilokazzjoni u kenn.
Il-Ħamis, il-Prim Ministru Edouard Ngirente żar iż-żoni milquta fil-Punent tar-Rwanda, u qal li l-isforzi ta’ tfittxija għadhom għaddejjin biex jiġu rkuprati nies neqsin, u żied li n-numru ta’ mwiet jista’ jiżdied.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-05/pope-francis-condolences-telegram-rwanda-flooding.html