Fi tmiem l-Angelus tal-Ħadd, il-Papa Franġisku fakkar li t-Tlieta 20 ta’ Ġunju jimmarka l-Jum Dinji tar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti. U fuq din it-tema esprima s-sogħba kbira tiegħu meta ftakar fin-nawfraġju traġiku ta’ bastiment li kien qed iġorr madwar 700 ruħ, u li seħħ nhar l-Erbgħa li għadda ‘l barra mill-kosta tal-Greċja, anke l-fatt li l-baħar kien kalm.
“Intenni t-talb tiegħi għal dawk li tilfu ħajjithom, u nitlob li dejjem isir dak kollu possibbli biex jiġu evitati traġedji simili.”
Bħalissa għadu għaddej t-tfittxija għal dawk neqsin fl-ibħra internazzjonali. Sal-Ħadd, 78 persuna kienu kkonferamti mejta, u 104 ġew salvati. Madwar 100 tifel u tifla huma fost dawk li għadhom neqsin; u li se tkun l-akbar traġedjad fil-Mediterran.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-06/pope-francis-remembers-victims-of-shipwreck-off-coast-of-greece.html
Il-Papa Franġisku jiftakar fil-vittmi ta’ nawfraġju barra l-kosta tal-Ġreċja