Laudato Si’ (Tkun Imfaħħar). Kitba ta’ Joe Galea
Il-Laudato Si’ hi Enċiklika li tieħu l-isem mill-poema ta’ San Franġisk t’Assisi “Tkun imfaħħar, Mulejja”, li fiha jfakkarna li d-dinja hi d-dar komuni tagħna, li qisha wkoll oħtna li magħha naqsmu ħajjitna, u bħal omm sabiħa li tilqagħna f’dirgħajha. San Franġisk jgħid: “Mulejja, tkun imfaħħar f’oħtna u ommna l-Art, għax minnha l-għajxien u hi tmexxina, u tagħti frott ta’ kull xorta, tagħti l-ward bi lwien u ħxejjex”.

Il-Papa juri l-ħsara li ilha ssir fl-ambjent billi jgħid li oħtna l-Art mhix kuntenta b’dak li qed inġibulha meta ma nibżgħux għall-ġid li Alla qiegħed fiha. Dan isir għax naħsbu li aħna s-sidien u l-ħakkiema tal-art u li għandna d-dritt li nħarbtuha kif irridu. Dan jirriżulta f’tinġiż fl-ambjent li qed jaffettwa l-ħajja tagħna lkoll. U l-iktar li jbatu meta l-art tkun maħqura u mħarbta huma l-foqra.
Aqra l-katekeżi kollha … https://laikos.org/jg_ls_punti.htm