“Fejnhom it-tfal?”
Din hi mistoqsija tal-Papa Franġisku fl-Eżortazzjoni Appostolika Amoris Laetitia, fejn jagħti importanza lill-edukazzjoni tal-ulied fil-familja. Mhux qed jifhem fejn qegħdin it-tfal dal-ħin fiżikament, imma fejn qegħdin f’dak li jemmnu, fix-xewqat tagħhom u fl-iskop ta’ ħajjithom. Din id-darba nistgħu napplikaw dil-mistoqsija għall-attendenza tat-tfal fil-Quddies tal-Ħadd (jew tas-Sibt). Fejnhom it-tfal u fejnhom il-ġenituri li għandhom id-dmir li jħajru ‘ l uliedhom għall-Quddies u li, fuq kollox, jattendu huma wkoll għall-Quddies. Proprju dan hu l-għan ta’ din il-card. Fl-istess ħin ta’ min jifraħ lill-ġenituri, anke ta’ tfal li għadhom ma rċevewx l-Ewwel Tqarbina, li regolarment ikunu għall-Quddiesa tal-weekend. Din ħaġa sabiħa, għax b’hekk it-tfal jidraw iħobbu l-Quddiesa.
Ejjew mela nħajru lit-tfal permezz ta’ dan il-poster biex fil-weekend jieħdu sehem fil-Quddiesa fil-knisja kull nhar ta’ Ħadd mal-familjari jew mall-kuraturi tagħhom. Iridu jsibu tliet affarijiet tal-ħolqien li jogħġbuhom l-aktar.
