Imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu fil-qalb tal-Ġimgħa ta’ Talb

Print Friendly, PDF & Email

Għal aktar minn ħamsin sena, l-Knisja Kattolika ngħaqdet ma’ komunitajiet Insara oħra fl-inizjattiva tal-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda Nisranija. Kull sena, mit-18 sal-25 ta’ Jannar, l-festa tal-konverżjoni ta’ San Pawl, il-knejjes Insara u l-komunitajiet ekkleżjali josservaw il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda Nisranija.

Wara l-impuls ekumeniku mogħti mill-Konċilju Vatikan II, fl-1966, is-Segretarjat ġdid għall-Promozzjoni tal-Għaqda Nisranija beda jaħdem mal-Kummissjoni Fidi u Ordni tal-Kunsill Dinji tal-Knejjes biex iħejji materjal għall-Ġimgħa ta’ Talb annwali.

It-tema għal din is-sena hija “Ħobb lill-Muej Alla tiegħek… u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek”, u hija ffukata fuq il-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb. Il-materjal ta’ din is-sena tħejjew minn tim ekumeniku mill-Burkina Faso, assistiti mill-Komunità Chemin Neuf.

“Hija ġimgħa li fiha qed nitolbu għall-istess kawża, li hija l-għaqda Kristjana, iżda hija spirata minn komunità lokali”, u li tinsab fl- Afrika tal-Punent fir-reġjun tas-Saħel, qal Monsinjur Juan Usma Gomez, il-kap tas-Sezzjoni tal-Punent tad-Dikasteru għall-Promozzjoni tal-Għaqda Nisranija. Il-komunità Kristjana fil-Burkina Faso hija ta’ madwar 20% tal-popolazzjoni. Il-maġġoranza tal-pajjiż, madwar 64% huma Musulmani, filwaqt li xi 9% tal-popolazzjoni isegwu reliġjonijiet tradizzjonali Afrikani.

“Imma din is-sena hija l-komunità Afrikana, komunità Nisranija ppersegwitata, komunità ta’ minoranza f’sitwazzjoni diffiċli ħafna”, stqarr Mons. Usma Gomez. “Il-Burkina Faso għaddej minn sitwazzjoni mill-aktar diffiċli ta’ persekuzzjoni, vjolenza, u sitwazzjonijiet interreliġjużi li huma pjuttost ikkumplikati”. Minkejja dan, żied jgħid, “forsi l-aktar ħaġa mportanti hija li Komunità ta’ minoranza ppersegwitata qed tistedinna nitolbu għall-imħabba, nħobbu lill-proxxmu tagħna, nħobbu lil dawk kollha li huma qrib tagħna”.

Monsinjur Usma Gomez spjega li bl-għażla tar-rakkont tal-Evanġelju tas-Samaritan it-Tajjeb, l-organizzaturi “qed jippruvaw jispirawna billi jagħtuna mhux biss il-mod li bih qed jgħixu l-Afrikani, l-mod ta’ kif jilqgħu lil xulxin, imma qed jippruvaw ukoll li jgħaqqdu dan kollu mar-riflessjonijiet ta’ Missirijiet il-Knisja”. “Missirijiet tal-Knisja jagħtu l-idea tat-test”, billi jispjegaw lil min jirrappreżenta kull karattru tas-silta. Is-Samaritan jirrapreżenta lil Kristu; r-raġel li nsteraq u jitħalla għall-mejjet jirrapreżenta lil ‘Adam’ jew l-umanità; u l-lukanda fejn tiġi milqugħa l-vittma tirrappreżenta lill-Knisja, “l-Knisja li teħtieġ li tadotta l-kura ta’ mħabba għal kulħadd” tkun xi tkun ir-reliġjon, ir-razza jew il-komunità tagħhom.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2024-01/love-of-god-and-neighbour-at-heart-of-week-of-prayer.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading