Il-ġublew, il-pellegrinaġġ u t-tama fil-Kotba Mqaddsa

Mill-Biblista Dun Pawl Sciberras

Il-Ġublew fit-Testment il-Qadim

Fil-bibbja nsibu li kien jiġi ċċelebrat il-ġublew kull disgħa u erbgħin sena. Fil-fatt insibu liġi apposta li kienet tkopri dan il-ġublew. Insibuha fil-Ktieb tal-Levitiku kap 25:8-17.29-31. Kif jgħid t-test tal-Levitiku, il-kelma Ġublew ġejja mil-Lhudi “Jobèl” li tfisser qarn ta’ mogħża jew bodbod, li kienu jnaddfuh sewwa biex minnu jagħmlu tromba speċjali li jdoqquha meta tibda din is-sena tal-ġublew. Meta tinstema’ ddoqq din it-tromba kienu jdoqqu trombi oħra biex kulħadd fil-pajjiż ikun jaf li bdiet is-sena tal-Ġublew. kompli …

Il-Ġublew fit-Testment il-Ġdid

Għalkemm fit-Testment il-Qadim ma nsibu mkien li ġiet iċċelebrata din is-sena tal-ġublew, fit-Testment il-Ġdid għandna xi referenza wkoll fil-bidu tal-missjoni ta’ Ġesù fil-ħajja publika tiegħu. Ġesù daħal fis-sinagoga ta’ Nazaret fejn kien trabba, nhar ta’ Sibt, kif jagħmlu l-Lhud is-soltu, u mess lilu li jaqra l-Kotba Mqaddsa. Kienu jaqraw parti mill-profeti imbagħad jagħmlu kummentarju fuq dik il-parti li tkun inqrat. kompli …

Il-kunċett ta’ pellegrinaġġ

Ibda bit-​tkeċċija taʼ Adam u Eva mill-​Għeden, il-​kunċetti taʼ eżilju, ta’ vjaġġi, u “mogħdija” huma referenzi ta’ fatti ma jaqtgħu xejn fil-​Bibbja.

Il-Ktieb tal-Ġenesi, l-ewwel ktieb ta’ dan it-“Testment il-Qadim,” jinkludi storja li hija ċentrali għall-ideat Kristjani ta’ pellegrinaġġ: dik tat-tkeċċija ta’ Adam u Eva mill-Għeden, kif jingħad f’Ġenesi 3. Fit-test, insibu Alla “jkeċċi” (ara Ġen 3:22.24) lill-ewwel koppja ta’ bnedmin – Adam u Eva – mill-Ġnien wara li jieklu mis-Siġra tal-Għarfien tat-Tajjeb u l-Ħażin. It-tradizzjonijiet Insara qraw dawn it-testi billi fehmu li l-bnedmin (id-dixxendenti ta’ Adam u Eva) huma biss eżiljati f’dinja ħarxa u ħafna drabi li ma tilqgħekx, imbiegħda kemm minn Alla u kemm mil-bnedmin l-oħra bid-dnub. Ir-rakkonti ta’ wara fl-istess ktieb tal-Ġenesi jenfasizzaw dan l-eżilju bħala kwalità kontinwa tal-eżistenza tal-bniedem: meta l-iben il-kbir ta’ Adam u Eva, Kajjin, joqtol lil ħuh Abel f’mument ta’ rabja u għira (ara Ġen 4:1-16), hu jintbagħat f’eżilju ieħor, ‘l bogħod minn daru u mill-familja tiegħu.

It-triq lura mill-imsemmi eżilju ġiet mifhuma bħala t-triq tar-ritorn f’pellegrinaġġ. kompli …

It-tama fil-Kotba Mqaddsa

l-ħsieb tat-tama jiddomina fil-Kotba Mqaddsa. Ir-reliġjon tal-Bibbja hi reliġjon tat-tama, ir-reliġjon tal-bniedem li jħares ’il quddiem lejn il-ġid imwiegħed minn Alla. It-tama toħroġ mill-fidi f’Alla. Min jemmen f’Alla jafda fih; min joqgħod fuq kelmtu jittama, u jittama b’moħħu mistrieħ, li din isseħħ. Għax jemmen li Alla ma jonqosx minn kelmtu u li kelmtu ma tistax tkun fiergħa. Il-fidi u t-tama marbutin flimkien. Imma t-tama titnissel mill-fidi.

Fil-Lhudi tal-Bibbja hemm żewġ kelmiet li jfissru t-tama: qawàh, “tistenna”, tistenna bil-qawwa (Is 40,31; Salm 25,3; 37,9); u batàh, “tittama”, tafda bil-fiducja u b’moħħok mistrieħ (Is 12,2; Ġob 11,18). Fis-sens bibliku t-tama ma tħallikx fl-inċertezza u fil-forsi, iżda sserraħlek moħħok li hekk ikun żgur, għax hekk qal il-Mulej. kompli …

Aktar fuq il-Ġublew 2025: Pellegrini tat-Tama … https://laikos.org/g2025/

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading