Lil hinn mill-preġudizzju

Minn Daniel Borg

Il-Vanġelu tal-lum (Ġw 6, 41-51) jurina li jekk inkunu magħluqa fil-preġudizzji tagħna ma nistgħux nagħrfu lil Ġesu’. Il-Lhud li kienu qed jisimgħu lil Ġesu’ nfatti jiskandalizzaw ruħhom x’ħin qal: “Jiena nżilt mis-sema.”

Il-preġudizzji tagħhom jinbtu mill-fatt li kienu jafu lilu u l-ġenituri tiegħu, u ma setgħux jifhmu kif Alla seta’ juri ruħu b’mod daqshekk ordinarju u umli. Il-Papa fl-Angelus jgħid li dawn il-preġudizzji jwassluhom biex lanqas ifittxu djalogu sinċier ma’ Ġesu’ imma joqogħdu jgorru bejniethom, ċerti li dawk li magħhom se jitkelmu huma tal-istess ħsieb tagħhom. Kemm il-darba jiġrilna hekk! Il-Papa jistedinna biex nisimgħu verament il-vuċi ta’ Alla lil hinn minn dak li mdorrijin naħsbu aħna, u lil hinn miċ-ċrieki fejn inħossuna komdi.

Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid025Eakhp2ke7KWApBmh5gKETRFJb7Ycan4oGVUUDqKeo6WpMjKr5X8hEPgakPfZS1vl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading