Ġwanni Pawlu II fil-beatifikazzjoni ta’ Giacomo Cusmano, Domenico del Santissimo Sacramento u Geremia da Valacchia.

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Bażlika Vatikana
Il-Ħadd, 30 ta’ Ottubru 1983

1. Illum il-Knisja tesprimi, bil-kliem tal-Ktieb tal-Għerf, l-imħabba li biha Alla jħaddan il-ħolqien kollu. Tali kliem tal-liturġija tallum huwa hekk sabiħ li nixtieq nirrepetih: “Id-dinja kollha hi quddiemek, bħal trab fil-miżien, / bħal qatra nida ta’ filgħodu li waqgħrt fuq l-art. / Għandek ħniena minn kulħadd, għaliex kollox tistà, / la tħarisx lejn id-dnubiet tal-bnedmin, fi triqthom lejn l-indiema. / Kif tistà xi ħaġa teżisti jekk int ma tridtx? / Jew iżżomm ruħha jekk int ma ssejħilhiex għall-eżistenza? / inti żżomm il-ħwejjeġ kollha, għaliex kollha huma tiegħek, Mulej, / maħbub tal-ħajja, ladarba l-ispirtu tiegħek huwa inkorruttibbli huwa fil-ħwejjeġ kollha. / Għalhekk int tikkastiga ftit kull darba lill-ħatja / u twissi billi tfakkarhom dnubiethom, / għaliex, malli jiċħdu l-ħażen, jemmnu fik, Mulej” (Għerf 11, 22-12, 2).

2. Dan il-kliem mill-Ktieb tal-Għerf donnu jikkostitwixxi kif akkompanjament speċjali ta’ dak kollu li l-Knisja tgħix fis-Sena tar-Redenzjoni.  Dan huwa għalina sors ta’ dawl, fil-waqt li fih ngħollu għall-glorja tal-altari lill-Qaddejja ta’ Alla: Giacomo Cusmano, Domenico del Santissimo Sacramento u Geremia da Valacchia.

L-Imħabba ta’ Alla lejn il-ħolqien kollu ssib l-espressjoni partikolarissma tagħha fil-qdusija tal-bniedem. Il-Knisja llum tifraħ propju minħabba dan, jiġifieri għaliex tlieta minn uliedha, li kkollaboraw mal-Grazzja ta’ Alla , għaddew mit-triq li twassal għall-qdusija. F’din it-triq kienu msejħin minn Kristu, hekk kif darba waħda kien imsejjaħ Żakkew il-pubblikan. Il-ġrajja ta’ Żakkew tidher il-mera ta’ konverżjoni evanġelika awtentika: infatti huwa, waqt li jilqà lill-Mulej f’daru u waqt li jsewwi l-qerq li kien għamel f’xogħolu, jagħti eżempju meraviljuż ta’ mħabba lejn Alla u lejn ħutu. Din l-imħabba doppja tindika t-triq tal-perfezzjoni nisranija, mterrqa mill-Qaddejja ta’ Alla, li issa pproklamajna Beati.

a) L-ewwelnett il-Beatu Giacomo Cusmano, tabib u saċerdot. Dan, biex ifejjaq il-pjagi tal-faqar u tal-miżerja li jolqtu parti kbira tal-popolazzjoni minħabba l-karestiji u l-epidemiji rikorrenti, imma wkoll minħabba żbilanċ soċjali, għażel it-triq tal-Karità: imħabba ta’ Alla li tittraduċi ruħha fl-imħabba effettiva lejn l-aħwa u fid-don ta’ dak li jkun għal dawk l-iktar fil-bżonn u batuti f’servizz imbuttat sas-sagrifiċċju erojku.

Wara li fetaħ l-ewwel “Dar tal-Foqra”, ta bidu għal opra iktar vasta  ta’ promozzjoni soċjali, billi waqqaf l-“Assoċjazzjoni tal-bukkun tal-Fqir” li kienet iż-żerriegħa tal-mustarda li minnha kellha tikber pjanta tant fjorixxenti. Waqt li sar fqir fost il-foqra, ma ddisprezzax li jmur jittallab fit-toroq ta’ Palermo, waqt li ħeġġeġ il-karità ta’ kulħadd u waqt li ġabar ħwejjeġ tal-ikel li mbagħad kien iqassam fost l-fqar innumerevoli li kienu jinġabru madwaru.

L-opra tiegħu, bħall-opri kollha ta’ Alla, ltaqgħet ma’ diffikultajiet li  wasslu għal prova iebsa r-rieda tiegħu, imma bil-fiduċja mmensa tiegħu f’Alla u bil-qawwaa spiritwali ndomabbli tiegħu għeleb kull ostaklu, billi wassal għall-oriġni tal-Istitut tas-“Sorijiet Qaddejja tal-foqra” u għall-“Kongregazzjoni tal-missjunarji Qaddejja tal-foqra”.

Huwa ggwida lil uliedu spiritwali rġiel u lil dawk nisa għall-eżerċizzju tal-karità fil-fedeltà għall-pariri evanġeliċi u fit-tensjoni lejn il-qdusija. Ir-regoli u l-ittri tiegħu spiritwali huma dokumenti ta’ għerf axxetiku li fihom jaqblu qawwa u ħlewwa. L-idea ċentrali kienet din: “Tgħix fil-preżenza ta’ Alla u f’għaqda ma’ Alla; tirċievi kollox minn idejn Alla; tagħmel kollox għal imħabba pura u glorja ta’ Alla”.

Dan il-“Qaddej tal-foqra” kbir miet fl-eżerċizzju ta’ karità li kull ma jmur kien dejjem jitħeġġeġ sa ma jmiss qċaċet erojċi. Billi kienet faqqgħet kolera ġdida f’Palermo, huwa nxteħet bħal ħadd bħalu biex ikun qrib, f’kull waqt, tal-foqra tiegħu. “Mulej – kien jirripeti – olqot lir-ragħaj u salva l-merħla. Ħareġ minnha skussat b’mod tassew gravi f’saħħtu u, ta’ 54 sena biss, ikkonsma l-olokawst tiegħu, billi b’mod amorevoli reħa ruħu lil dak Alla, li ismu huwa Mħabba.

b) It-tieni figura ekkleżjali mgħollija llum għall-altari, ir-reliġjuż trinitarju Domenico Iturrate Zubero, twieled fl-art ta’ Spanja, fil-Pajjiżi Baski. L-eżistenza qasira tiegħu, ta’ sitta u għoxrin sena biss, tiġbor fiha messaġġ għani ta’ li jimmaterjalizza fit-tensjoni kostanti lejn il-qdusija. F’din il-mixja hemm diversi karatteristiċi speċifiċi li nixtieq ngħaddihom b’mod sintetiku.

It-twettiq fidil tar-rieda ta’ Alla hija għan li jilħaq qċaċet tassew għolja, b’mod speċjali fl-aħħar snin ta’ ħajtu. Għal dan, fl-1922 jikteb fin-noti spiritwali tiegħu: “Il-konformità tagħna mar-rieda divina għandha tkun totali, bla riservi u kostanti”. Animat minn dan l-ispirtu, u bil-kunsens tad-direttur spiritwali tiegħu, wiegħed li “jagħmel dejjem dak li kien jaf li hu massimament perfett” waqt li ppropona wkoll “li ma jiċħad xejn lil Alla Sidna, imma li jsegwi f’kollox l-ispirazzjonijiet qaddisa tiegħu, b’ġenerożità u ferħ”.

Bħala reliħjuż trinitarju, għamel mod li jgħix skont żewġ direttivi kbar tal-ispiritwalità tal-ordni tiegħu: il-misteru tat-Trinità Qaddisa u l-opra tar-Redenzjoni, li fih wettqet esperjenza ta’ karità ħajja. U bħala saċerdot, kellu xbiha ċara tal-identità tiegħu ta’ “medjatur bejn Alla u l-bnedmin”, jew “rappreżentant tas-Saċerdot etern, Kristu”. Dan kollu wasslu biex jgħix kull Ewkaristija bħala att ta’ sagrifiċċju personali, magħqud mal-Vittma Suprema, favur il-bnedmin.

Mhux inqas notevoli kienet il-preżenza ta’ Marija fil-linja spiritwali tal-Beatu l-ġdid. Minn ċkunitu sa mewtu, Devozzjoni li huwa għex b’intensità kbira u li għamel b’mod li jittrażmetti dejjem lill-oħrajn, konvint kif kien ta’ kemm tajba u sikura hija din il-mixja: tmur għand l-Iben permez tal-Omm”.

Dawn ir-referenzi iqegħduna quddiem il-qawwa ta’ mudell u eżempju validu għal-lum. Bix-xhieda ta’ fedeltà tiegħu għas-sejħa nterna u ta’ risposta ġeneruża għaliha, Patri Domenico juri f’jiemna mixja xi nsegwu: dik ta’ fedeltà ekkleżjali li tagħġen l-identità interna u li twassal għall-qdusija

Nixtieq issa nħeġġeġ lill-insara tal-poplu Bask fil-lingwa tagħhom: “Jarrai dezaten Beato berriaren Kristogana’ko zintzotasunikasbidea”.

c) It-tielet Beatu huwa il-Fra kappuċċin Geremia da Valacchia: Bin ir-Rumanija, in-Nazzjon nobbli  li jġib fil-lingwa u fl-isem it-timbru ta’ Ruma, Il-glorifikazzjoni ta’ dan il-qaddej fidil tal-Mulej, wara tliet sekli ta’ ħabi misterjuż, hija riservata f’jiemna, immarkati mir-riċerka tal-ekumeniżmu u tas-solidarjetà fost ik-popli f’livell internazzjonali.

Il-Beatu Geremia da Valacchia ġej mir-Rumanija fl-Italja, rabat mill-ġdid fil-ġrajja storika l-Lvant mal-Punent, billi xeħet pont emblematiku fost il-popli u fost il-Knejjes insara. Sors ineżawribbli ta’ ħajtu nterna kien it-talb, li minn jum għal jum kabbru fl-imħabba għall-Missier u għal ħutu. Kiseb ispirazzjoni u qawwa mill-meditazzjoni kostanti tal-Kurċifiss, mill-intimità ma’ Ġesù Ewkaristiku u minn devozzjoni filjali lejn Omm Alla.

Għall-foqra inxteħet b’mod ġeneruż, billi ħadem bil-meżżi kollha biex itaffi l-miżerji. B’wisgħa ta’ spirtu illuminata kien jgħid li hemm bżonn nispiraw ruħna mil-liberalità tal-Missier ċelesti u nagħtu b’mod gratwit daqskemm gratwit irċivejna biex naqsmuh ma’ ħutna fil-bżonn. Fl-assistenza tal-morda nefaq l-għana kollu tal-ġenerożità tiegħu u tal-abnegazzjoni erojka tiegħu. Kien jaqdi bla jgħejja, billi jirriserva bħala privileġġ mixtieq is-servizzi l-iktar umli u l-iktar iebsa, billi jagħżel li   jikkura l-morda l-iktar diffiċli u l-iktar esiġenti.

Karità hekk straordinarja ma setgħetx tibqà lokalizzata bejn il-ħitan tal-kunvent. Ekkleżjastiċi, nobbli u popolani talbu, fil-marda, talbu żjara tal-Fra Vlaki. U kien appuntu biex imur iżur marid f’jum qieragħ tax-xitwa, li ddobba plewropolmonite li farrket il-fibra robusta.

Waqt li ndur lejkom Rumeni fil-lingwa tagħkom, nieħu gost li tlabtu li tqegħdu fuq il-kandelabru l-lampa tixgħel. Intom skoprejtu l-messaġġ tiegħu u ingħaqadtu madwar il-figura tiegħu, li tissintetizza u tesprimi t- tradizzjoni nisranija tagħkom u l-aspirazzjonijiet tagħkom. Fl-istorja bimillenarja tagħkom, għalkemm għanja b’tant valuri ta’ fidi , Geremija ta’ Valacchia huwa l-ewwel Rumen li jitlà uffiċjalment għall-unuri tal-altari. Hu li f’ħajtu wettaq sintesi armonjuża bejn il-Patria naturali u dik adottiva , jikkontribwixxi issa, ipproklamat “beatu”, biex jippromwovi l-paċi bejn in-nazzjonijiet u l-għaqda tal-insara, billi jesponi bl-eżempju tiegħu t-triq ewlenija: il-karità operanti għall-aħwa.

It-tliet Beati saru denji tas-sejħa tal-Mulej permezz tal-għaqda tagħhom profonda ma’ Alla fit-talb ma jaqtax u fl-adeżjoni perfetta mal-Knisja, li twaqqfet mill-Imgħallem divin biex tidderieġi, tgħallem u tqaddes lil uliedha maskili u femminili.

Il-Beati l-ġodda ħallew lill-Knisja tgħallimhom, li ħabbew u segwew bi ħlewwa kbira, u hekk laħqu dik il-quċċata ta’ perfezzjoni u ta’ qdusija, li għaliha hija qatt ma taqtà li tindika u li tiggwida l-erwieħ  .

3. Illum il-Knisja bl-elevazzjoni, bħala Beati, għall-glorja tal-altari ta’ Giacomo. Domenico u Geremia, tixtieq tonora b’mod partikolari lil Alla: Il-bniedem huwa dak li hu quddiem Alla; huwa jeżisti biex ikun “tifħir tal-glorja tiegħu” (Ef 1, 14). It-tifħir ta’ Alla jagħti sens lill-ħajja, ladarba, kif-jgħid Sant’Irinew, “il-glorja ta’ Alla hija l-bniedem ħaj” (S. Irenew, Adversus haereses IV, 20, 7). It-tifħir ma jwettaqx biss il-bniedem meħud b’mod individwali, imma wkoll lill-Knisja bħala poplu ta’ Alla, li l-irwol tagħha hu li tirrakkonta l-meravilji ta’ Alla! Għal dan is-Santi Padri kienu jħobbu jiddefenixxu l-Knisja bħala “il-post tad-dossoloġija (tifħir u għafien li jiżżi ħajr)”. Tfaħħar lil Alla jfisser tagħraf il-meravilji li jeżistu fih u li hu jirriserva fl-univers. Imma jfisser ukoll li tammira l-meravilji tar-Redenzjoni li huwa jopera fil-qaddisin, billi jsejħilhom għall-glorja tal-grazzja u tal-perfezzjoni tiegħu. Għal dan il-għan is-Salm responsorjali huwa tassew illuminanti: “O Alla, sultan tiegħi, ħa nkabbrek u nbierek ismek / għal dejjem ta’ dejjem, / Kbir hu l-Mulej ta’ min ifaħħru bil-bosta, / bla tarf il-kobor tiegħu” (Sal 145, 1. 3).

4. Iva! Il-qaddisin jitkellmu dwar il-glorja tas-Saltna ta’ Alla. Ixandru l-qawwa tar-Redenzjoni ta’ Kristu: il-qawwa tas-Salib u tal-Qawmien mill-Imwiet. Dawn huma xhieda ħajja li l-Ħallieq u Missier iħobb l-affarijiet kollha eżistenti (cf. Għerf 11, 24).

Tali xhieda għandhom isiru quddiem il-Knisja l-Beati Giacomo Cusmano, Domenico del Santissimo Sacramento, Geremia da Valacchia. Illum nistiequ nilqgħu din ix-xhieda fit-teżor tal-qdusija li l-Knisja tgħasses b’qima kbira u gratitudni. Nixtiequ nilqgħu x-xhieda tal-Beati l-ġodda fis-sena tal-Ġublew straordinarju, sabiex il-wirt tal-misteru tar-Redenzjoni jkun ħaj u vivifikanti għall-ġenerazzjonijiet kollha tal-Poplu ta’ Alla.

“Il-Ħwejjeġ kollha huma tiegħek, Mulej, / maħbub tal-ħajja” (cf. Għerf 11, 26). Amen.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading