Ir-ritwaliżmu ma jgħinniex nikbru fit-tajjeb

Minn Daniel Borg

Il-Vanġelu tal-lum meħud minn kapitli 7 u 8 ta’ San Mark huwa wieħed partikolari. Jitkellem mit-tradizzjonijiet ta’ żmienu li kienu jsiru biex wieħed iżomm ‘pur’. L-Iskribi u l-Fariżej jakkużaw lid-dixxipli li ma kienux ħaslu jdejhom qabel messew l-ikel. Ġesu jwissihom li r-ritwali ma jgħinux biex wieħed iżomm safi.

Il-Papa fl-Angelus jgħidilna li r-ritwaliżmu ma jgħinniex nikbru fit-tajjeb, anzi xi kultant iwassalna biex nagħlqu qalbna għall-oħrajn. Il-Papa jgħidlina li ma nistgħux nipparteċipaw fil-quddiesa imbagħad barra nitkelmu kontra l-oħrajn, jew nuru ruħna qaddisin minn barra imbagħad inġorru l-mibegħda lejn l-oħrajn, niddisprezzaw il-foqra u l-emarġinati u nġibu ruħna b’ mod diżonest fuq ix-xogħol.

Tista’ tara dan il-ħsieb ukoll minn fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/share/p/b6eeB4AYwmZXxcvA/

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading