Ġwanni Pawlu II fil-parroċċa ta’ San Ippolitu

VIŻTA FIL-PARROĊĊA TA’ SANT’IPPOLITU
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Il-Ħadd, 12 ta’ Frar 1984

1. “Mgħallem xi rrid nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja eterna?” “Osserva l-kmandamenti” (Mt 19, 16-17).

Din il-mistoqsija u din it-tweġiba jiġu jerġgħu f’moħħna meta nisimgħu b’attenzjoni l-qari tal-liturġija tallum.

Is-suġġett ewlieni ta’ dan il-qari huwa nfatti dak tal-kmandamenti ta’ Alla, il-Liġi tal-Mulej.

2. Dwar din illum tkanta l-Knisja fis-salm responsorjali:

Hieni l-bniedem li triqatu bla ħtija, / li jimxi fil-liġi tal-Mulej. / Int tajt il-preċetti tiegħek / biex inħarsuhom bir-reqqa. / Ħa jżomm sħiħ il-mixi tiegħi, / fil-ħarsien tal-kmandamenti tiegħek . . . / Iftaħli għajnejja biex nara / l-għeġubijiet tal-liġi tiegħek . . .”.

U jkompli:

“Fehemni Mulej, it-triq tal-kmandamenti tiegħek / jien irrid nibqà fiha sal-aħħar. / Fehemni biex inħares il-liġi tieħek / u nagħmilha b’qalbi kollha” (Sal 119, 1-34).

L-idea miġbura fil-versi ta’ dan is-Salm hija hekk trasparenti, li ma titlob ebda kumment.

3. Bil-maqlub tajjeb li nżid kumment qasir lill-kliem tal-ktieb ta’ Bin Sirak, tal-ewwel qari:

Jekk trid tistà tħares il-kmandamenti: u b’rieda tajba tistà tkun fidil. Hu qeghedlek quddiemek in-nar u l-ilma; liema trid minnhom, midd idek għalih. Quddiem il-bniedem hemm il-ħajja u l-mewt;  li tixtieq qalbu lesta għalih” (Sir 15, 16-17).

Il-Ktieb ta’ Bin Sirak jesponi r-rabta stretta li teżisti bejn kmandament u rieda ħielsa tal-bniedem: “Jekk trid . . .”. U fl-istess ħin juri li mill-għażla u mid-deċiżjoni tal-bniedem jiddependi it-tajjeb jew il-ħażin, il-ħajja jew il-mewt, sintendi fis-sinifikat spiritwali.

L-osservanza tal-kmandamenti hija t-triq tat-tajjeb, it-triq tal-ħajja.

Il-vjolazzjoni hija t-triq tal-ħażin, it-triq tal-mewt.

4. Issa ngħaddu għad diskors tal-muntanja fil-Vanġelu tallum, skont San Mattew.

Kristu l-ewwel jgħid:

“La taħsbux li jiena ġejt biex inwaqqà l-Liġi (jew il-Profeti);  ma ġejtx biex inwaqqà imma biex inwassalhom għall-perfezzjoni”.(Mt 5, 17).

Jekk mela xiħadd iġib fix-xejn wieħed mill-iżgħar kmandamenti, u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan jissejjaħ l-iżgħar fis-Saltna tas-Smewwiet. (Ivi, 5, 19)

Imma min iħarishom u jgħallimhom, dan kbir jissejjaħ fis-Saltna tas-Smewwiet”. (Ivi)

U Kristu jżid:

“Jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet” (Mt 5, 17-20).

Mela huma mportanti l-Liġi, il-Kmandamenti, ir-Regoli mhux biss fihom infushom imma wkoll il-mod kif tifhimhom, kif tgħallimhom, kif tosservahom. Dan għandu jkun quddiem għajnejn dawk kollha li jispjegaw il-liġi ta’ Alla u li jinterpretaw il-prinċipji tal-morali nisranija, f’kull epoka u wkoll fl-epoka kontemporanja.

5. U kristu jagħti tliet eżempji tal-kmandament u tal-interpretazzjoni tiegħu fl-ispirtu tal-Patt il-Ġdid.

“La toqtolx” (Mt 5, 21).

“La tikkommettix adulterju (Mt 5, 27).

“Tonqosx mill-wegħda li ħlift” (Mt 5, 33).

La toqtolx”: ifisser mhux biss tneħħix il-ħajja lil oħrajn, imma wkoll la tgħixx b’mibegħda u b’rabja għal oħrajn.  “La tikkommettix adulterju” ifisser mhux biss ma tiħux il-mara ta’ oħrajn, imma wkoll ma tixtiqhiex, la tikkommettix adulterju fil-qalb.

Tonqosx mill-wegħda li ħlift . . .”, “imma jiena ngħidilkom: biex ma taħilfu xejn” (Mt 5, 34), Mela ħa jkun id-diskors tagħkom veru: “iva, iva; le,le” (Mt 5, 37).

6. Xinhu l-Vanġelu? Xinhu d-diskors tal-muntanja?

Jewwilla huwa biss “kodiċi morali?”.

Bla dubju iva. Dan huwa kodiċi tal-morali nisranija. Jindika  l-esiġenzi etiċi ewlenin. Imma huwa iktar: jindika wkoll it-triq tal-perfezzjoni. Din it-triq tikkorrispondi man-natura tal-libertà umana: mar-rieda libera. Il-bniedem infatti, bir-rieda libera tiegħu, jistà jagħżel mnux biss bejn it-tajjeb u l-ħażin, imma wkoll bejn “it-tajjeb” “l-aħjar” u l-“iktar” fl-isfera tal-morali, ukoll biex ma jinżilx lejn “linqas tajjeb” jew saħansitra lejn il-“ħażin”.

Infatti, bħalma jkompli l-ktieb ta’ Bin Sirak:

“Għax għerf il-Mulej hu bla qies, qawwi f’setgħetu u jara kollox. Għajnejh fuq dawk li jibżgħu minnu, u jagħraf kull ma jagħmel il-bniedem. Lil ħadd ma qabbad jgħix ħażin, u lil ħadd ma rħielu jidneb” (Sir 15, 18-20).

U san Pawl imur iktar ‘il hemm, meta fl-ewwel ittra lill-Korintin jikteb:

“Fost il-perfetti nitkellmu, iva, dwar għerf . . . nitkellmu dwar l-għerf divin, misterjuż, li baqà moħbi, u li Alla, fassal  qabel iż-żmien għall-glorja tagħna.  Ebda wieħed mill-mexxejja ta’ din id-dinja ma għarfu” (1 Kor 2, 6-8).

Dawk il-ħwejjeġ li Alla fassal għal dawk li jħobbuh: “lilna Alla rrivelahomlna permezz tal-Ispirtu; infatti l-Ispirtu jagħrbel kollox, sa fil-qiegħ ta’ Alla” (1 Kor 2, 10).

7. Gżeżież parruċċani tal-komunità Rumana ddedikata lil Sant’Ippollitu! L-aħbarijiet sikuri dwar il-ħajja u l-opri tal-patrun tagħkom, kif tafu, sfortunatament huma skarsi, u bdanakollu nafu b’ċertezza dak il-fatt li, waħdu, huwa biżżejjed biex jipprova l-kobor ta’ ħajtu u ta’ qdusitù: il-martirju flimkien mal-Papa Ponzjanu.

Kienet x’kienet il-ħajja ta’ qabel ta’ Ippollitu, huwa għaraf jilħaq il-quċċata ta’ qdusitja eżemplari b’dak il-ġest suprem ta’ mħabba lejn Kristu u lejn il-vigarju tiegħu fuq l-art. L-eżempju tiegħu huwa allura mottiv ta’ nkuraġġiment u ta’ tama wkoll għalikom.

Nixtieq insellem għalissa lil dawk kollha preżenti: il-kardinal vigarju, l-Isqof tas-settur, Monsinjur Alessandro Plotti, il-kappillan, patri Maurilio Beltramo, il-komunità tal-patrijiet Kapuċċini, is-sorijiet Sagramentini, is-saċerdoti u r-Reliġjużi l-oħra, li jikkollaboraw fl-attività parrokkjali, il-gruppi kollha, u l-poplu ta’ Alla ta’ din il-parti tal-Knisja li hija l-parroċċa, xbiha u sinjal tal-Knisja universali mferrxa  fid-dinja kollha.

Il-parroċċa hija l-mezz normali u konkret li permezz tiegħu l-bnedmin jistgħu jagħrfu r-realtà kbira u misterjuża tal-Knisja universali. Minn hawn l-bżonn perpetwu, min-naħa tal-parroċċa, li tippreżenta, bl-eżistenza tagħha stess, lid-dinja, xbiha l-iktar fidila possibbli lill-Knisja universali, billi tikkontribwixxi b’mod attiv u responsabbli għall-bini u l-iżvilupp tagħha.

Naf li l-popolazzjoni parrokkjali tagħkom hija numeruża ħafna u magħmula mill-punt di vista tal-klassijiet soċjali u tal-professjonijiet. Il-mergħat huma mela abbubdanti għall-ħaddiema tal-Vanġelu.

Naf ukoll li fostkom l-inizjattivi, il-gruppi, l-attivitajiet ma jonqsux. Nirrakkomanda li dan il-pluraliżmu tagħkom vivaċi u  fjorixxenti jkun jaf dejjem jesprimi ruħu fuq il-bażi ta’ fedeltà indiskussa għall-prinċipji awtentiċi ta’ għaqda fil-fidi u fil-karità, f’komunjoni mar-rgħajja tagħkom. Infatti tali prinċipji  jsejsu l-effettività vera tal-attivitajiet multipli  u differenti.

8. “Hieni l-bniedem li triqatu bla ħtija, li jimxi fil-liġi tal-Mulej”.

Jalla dan il-kliem, meħud mil-liturġija tallum, jibqgħu fikom, għeżież ħuti, bħala espressjoni tal-awguri effettivi li qiegħed jagħmlilkom l-Isqof ta’ Ruma fl-okkażjoni taż-żjara tallum.

Fittxu lil Alla, segwu t-toroq tal-verità u tal-imħabba; segwuhom skont il-prinċipji tal-morali nisranija, skont id-dawl tal-għerf etern ta’ Alla.

U jalla qlubkom ma jieqfu qatt ikunu dejem miftuħa għall-azzjoni tal-Ispirtu Santu li “jgħarbel kollox, sa fil-qiegħ ta’ Alla”.

Amen.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading