Ġwanni Pawlu II fil-5 ċentinarju mill-mewt ta’ San Każimiru

KONĊELEBRAZZJONI EWKARISTIKA SOLENNI MAL-ISQFIJIET TAL-EWROPA FIL-V° ĊENTENARJU TAL-MEWT TA’ SAN KAŻIMIRU
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Bażilika ta’ San Pietru
Il-Ħadd, 4 ta’ Marzu 1984

1. “Għandkom tkunu qaddisin, għax qaddis jien, il-Mulej Alla tagħkom” (Lv 19, 2).

B’dan il-kliem tal-ewwel qari tal-liturġija tallum, inmur bil-ħsieb u bil-qalb, flimkien magħkom, ħuti, ħdejn il-qabar ta’ San Każimiru ġewwa Vilnius.

Din is-sena jiġu fi tmiemhom ħames sekli minn meta dawk ir-relikwi, tant għeżież għall-Knisja kollha, ġew depożitati fost il-poplu ta’ Alla tal-art fejn twieled.

Minn ħames sekli ilu San Każimiru, patrun tal-Litwanja, jinsab f’nofs dak il-poplu, bil-wirt kollu ta’ qdusitu, jinsab bħala xhud tal-misteru tar-Redenzjoni u bħala sinjal ta’ dik it-tama li fiha konna mifdija (Rm 8, 24). Għal ħames sekli huwa ilu jgħid lil niesu, aħwa fil-grazzja tal-fidi u tal-Magħmudija mqaddsa: “Kunu qaddisin, għaliex jien, il-Mulej, jiena qaddis”.

2. Il-bieraħ il-Knisja fil-Litwanja tat bidu għall-ġublew għall-500° anniversarju tal-mewt ta’ San Każimiru, permezz ta’ konċelebrazzjoni  sollenni f’Vilnius tal-episkopat Litwan fuq il-qabar tal-qaddis.

Nixtiequ ninawguraw dan il-ġublew hawnhekk ukoll, fil-Bażilika ta’ San Pietru, li hija ċ-ċentru viżibbli tal-għaqda tal-knisja. B’dam il-mod il-Knisja universali kollha turi l-għaqda kattolika tagħha mal-Knisja, li fil-Litwanja tinġabar madwar it-tradizzjoni ħames darbiet sekolari ta’ San Każimiru. Wieħed jistà jgħid li l-Knisja universali kollha flimkien mal-Isqof ta’ Ruma, suċċessur ta’ San Pietru, terħilha f’pellegrinaġġ spiritwali lejn Vilnius, fejn jistrieħ il-qaddis patrun tal-Litwanja.  Dan huwa pellegrinaġġ ta’ fidi u ta’ mħabba, li jgħaqqaddna f’Ġesù Kristu, Bin Alla u Iben Marija, bħala wlied addottivi tal-Missier,  bħala xhieda tal-istess Verità, il-Verità li teħles lill-bniedem fil-qawwa tal-Ispirtu  Konsolatur.

3. It-rifkira ta’ San Każimiru hija għażiża għal uliedu ta’ dik l-art, li darba waħda żviluppat taħt il-granduki tar-razza Gediminas u taħt ix-xettru tal-Jagelloni. Jiena stess ma nistax naħseb mingħajr tqanqil intimu tal-qalb dwar il-fatt li dan il-qaddis twieled fil-kastell irjali ta’ Krakovja fis-sena 1458 u huwa iben il-kbir Każimiru Jagellone, sultan tal-Polonja u fl-istess ħin granduka tal-Litwanja, u ommu kienet Eliżabetta (tal-familja tal-Awsburgu), magħrufa bħala “omm is-sultan”.

Każimiru wiret isem missieru, U kien dixxendent ta’ dik ir-razza kbira, li lilha l-Litwanja taf il-Magħmudija fl-1386(għalhekk kważi 600 sena ilu).

Kemm hi effettiva li mill-wirt ta’ dik il-Magħmudija kiber f’qasir żmien frott ta’ qdusija hekk matura!

Kemm hi effettiva li mill-post innifsu li fih l-antenati rċivew dik il-Magħmudija storika – Vilnius – ġie midfun kważi seklu wara qaddis!

Fih reġgħet ġiet imwettqa dik il-vokazzjoni għall-qdusija, li ġiet ipparteċipatha mill-poplu kollu ta’ Alla u, matul il-ġenerazzjonijiet,, ġiet irradjatha fuq il-konnazzjonali kollha ta’ San Każimiru. Ma jonqsux ukoll fil-Litwanja, fil-Polonja u wkoll fost in-nazzjonijiet l-oħra nsara dawk li jirċievu fil-Magħmudija mqaddsa l-isem ta’ Każimiru, sabiex ikun għalihom gwida u eżempju fit-triq tal-ħajja nisranija.

4. Il-ħajja terrena ta’ Każimiru kienet qasira: 26 sena. Fl-istess ħin wieħed jistà jgħid bil-kliem tal-Iskrittura li din il-ħajja li damet ftit “laħqet f’qasir żmien il-perfezzjoni” (Għerf 4, 13).

Il-metru tal-ħajja umana huwa nfatti l-maturità morali, u speċjalment il-grad tal-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu, li bihom din jirnexxilha timla l-jiem kollha tal-eżistenza tagħha.

Ikellmuna dwar dan il-qari tal-liturġija tallum: kemm is-Salmista kif ukoll San Pawl fl-Ittra lill-Filippin, kif ukoll San Ġwann fil-Vanġelu tiegħu.

B’ċertezza wieħed jistà jtenni dwar Każimiru, tar-razza tal-Jegolloni: hawn hu “dak li jimxi bla ħtija, jaġixxi b’ġustizzjas u jitkellem b’mod lejali” (Sal 15, 2), waqt li jindika b’dan il-mod il-lejalta kbira ta’ ħajtu. Fl-ispirtu ta’ din il-lejaltà huwa ma kienx jaħsibha darbtejn linqas li jinfluwixxi fuq is-sultan missieru kif juru l-kronaki, meta talbuh r-raġunijiet tal-ġustizzja fil-konfront tas-sudditi.

Każimiru kien fuq kollox id-dixxiplu u s-segwaċi ta’ Ġesù Kristu li setà jirripeti dwaru l-kliem tal-Appostlu: “Ħallejt jintilfu dawn il-ħwejjeġ kollha u nqishom knis, bil-għan li niggwadanja lil Kristu u li nkun misjub fih” (Fil 3, 8.9). Din ix-xewqa kbira kkunsmatlu ruħu bħal fjamma nterna.

Kien qisu dak l-“Atleta evanġeliku li “niġri ‘l quddiem lejn it-tmiem biex nikseb il-premju . . .” (cf. Fil 3, 13-14). Każimiru infatti baqà f’moħħ dawk li ġew warajh bħal axxetiku żelanti, li jikkuntenta ruħu bi ftit, imma huwa esiġenti miegħu nnifsu.

5. It-triq tal-qdusija, li biha dik ir-ruħ żagħżugħa qorbot lejn Alla f’Ġesù Kristu, kellha s-sors tagħha ewlieni fl-imħabba. Każimiru għex il-kmandament tal-imħabba ta’ Kristu bħala ikel sustanzjuż tal- ħsibijiet, is-sentimenti u l-opri tiegħu. Din il-“qagħda fl-imħabba” kienet taħtfu kuljum mill-Imgħallem divin, li jgħid; Bħalma l-Missier ħabb lili, hekk ukoll jien ħabbejt lilkom. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tosservaw l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu f’imħabbti,  kif jien osservajt il-kmandamenti ta’ Missieri u nibqà f’imħabbtu   ” (Ġw 15, 9-11).

Każimiru mela baqà fl-imħabba ta’ Kristu, Bin Alla, billi sar “ħabib” dejjem iktar perfett tal-Imgħallem tiegħu. Kien ukoll isaħħaħ dejjem iktar dik l-għażla u dik l-istruttura konsistenti, li dwarha jitkellem l-istess Imgħallem mal-Appostli: “Jiena għażilt lilkom u bnejtkom sabiex tmorru u tagħmlu l-frott u l-frott tagħkom jibqà; sabiex dak kollu li titolbu lil Missier, f’ismi, jagħtihulkom” (Ġw 15, 16).

Hekk, mela, jidher quddiemna – a bażi tal-qari liturġiku – Każimiru: bniedem ta’ talb, bniedem tal-opri mwielda mill-imħabba, xhud tassew tal-Vanġelu ta’ Kristu!

6. “. . .Li tħobbu lil xulxin” (Ġw 15, 12.17), jgħid l-Imgħallem; u d-dixxiplu u segwaċi jfittex li juri din l-imħabba f’ħajtu kollha. Meta nqisu li kien bin is-sultan, huwa jsib wirja partikolari ta’ din l-imħabba reċiproka fis-servizz umli tal-oħrajn, b’mod speċjali tal-foqra, tal-morda, ta’ dawk fil-bżonn. Dan hu li naqraw dwar dan fid-deskrizzjoni ta’ ħajtu li tiġi minn awtur kważi kontemporanju tiegħu: “Kien jiddefendi u jħaddan bħala tiegħu il-kawżi tal-foqra u tal-miżerabbli, li minħabba fihom kien ġie msejjaħ mill-poplu difensur tal-foqra. U billi kien bin sultan u nobbli minħabba d-dinjità tat-twelid, qatt ma wera ruħu superjuri fit-trattament u fil-konversazzjoni ma’ kwalunkwè persuna,  tkun kemm tkun umli u ta’ kondizzjoni baxxa” (Liturgia delle Ore).

Dejjem kellu quddiem għajnejh ix-xbiha ta’ Kristu, jaħsel riġlejn  id-dixxipli, u l-kliem: “jekk mela jien, il-Mulej u l-Imgħallem, ħsiltilkom riġlejkom, intom ukoll għandkom taħslu riġlejn xulxin” (Ġw 13, 14).

7. U b’tali wirt tal-qdusija Każimiru, bin is-sultan, baqà fost il-Poplu ta’ Alla ta’ art twelidu. Patrun tal-Litwanja.

U llum mela qlubna u talbna jduru b’mod partikolari lejn dik l-art u dak il-poplu. Ejjew inħaddnu bi mħabba lill-ulied kollha tal-Litwanja li – ġografikament avanzatha lejn il-Lvant – li ilha sitt sekli marbuta, bir-rabta tal-fidi u tal-għaqda kattolika mas-sedja ta’ San Pietru f’Ruma.

Bil-ħsieb u bit-talb nixtieq nilħaq lil kull iben u bint ta’ dak in-nazzjon.

Intom, għeżież ħuti fl-episkopat li bl-attenzjoni tar-Ragħaj it-Tajjeb, għandkom tiggwidaw, f’nofs it-tant ostakli, lill-poplu Litwan fit-triq tas-salavazzjoni, imsabbra mill-imdawla u kultant erojka, xhieda ta’ fedeltà u ta’ mħabba lejn Kristu u lejn il-Knisja, magħmula minn tant rgħajja tal-erwieħ ta’ art twelidkom.

Intom, saċerdoti, żelanti u fidili “ministri” ta’ Kristu u amministraturi tal-misteri ta’ Alla” (1 Kor 4, 1): id-dawl tal-fidi tagħkom, imsaħħah bin-nar ta’ tant provi maqsuma mal-fidili tagħkom,  jiddi dejjem quddiem il-bnedmin. Niftakar bi mħabba partikolari s-saċerdoti anzjani u morda, li jaħdmu bla għejja, sal-aħħar nifs, fil-għalqa tad-dwieli tal-Mulej.

Intom, persuni kkonsagrati lil Alla permezz tal-professjoni tal-pariri evanġeliċi: bix-xhieda tad-donazzjoni totali tagħkom lil Alla u bil-ħajja siekta, spiss moħbija, imma fertili b’opri ta’ karità, intom tedifikaw il-Ġisem ta’ Kristu.

Intom, seminaristi: b’ġenerożità. B’kuraġġ u b’perseveranza, waqt li tegħlbu kull diffikultà, tafu tikkorrispondu mas-sejħa tal-Mulej.

Inħaddan lill-familji nsara kollha, għaliex f’dinja li tinjora l-valuri reliġjużi, jafu jittrażmettu lil uliedhom il-ġid prezzjuż: il-fidi rċevuta fil-Magħmudija, il-virtujiet li jsejsu d-dinjità vera tal-bniedem, it-tradizzjonijiet sbieħ insara li ilhom sekli jiffertilizzaw l-kultura tan-nazzjon Litwan.

Niftakar b’mod partikolari lilkom żgħażagħ, sabiex issegwu l-eżempju ta’ San Każimiru fil-fedeltà lejn Alla u fil-qdusija tal-ħajja.

It-talb tiegħi u tagħkom, fl-aħħarnett, isir  talba għall-morda, għal tant li jinsabu fil-prova, għal dawk kollha li jgħixu l-ispirtu tal-Bejatitudni: “Imberkin intom meta jinsulentawkom, jippersegwitawkom u, jigdbu, jgħidu kull xorta ta’ ħażen kontrikom minħabba fija. Ifirħu u thennew, għaliex kbir ikun ħlaskom fis-Smewwiet” (Mt 5, 11).

8. “Fin-nazzjonijiet kollha tal-art hemm radikat Poplu ta’ Alla wieħed biss, għaliex f’nofz ir-razez kollha huwa jieħu ċ-ċittadini tas-saltna tiegħu, mhux ta’ din id-dinja imma ċelesti . . .

Bis-saħħa ta’ din il-kattoliċità, il-partijiet individwali jġorru d-doni tagħhom għal għand il-partijiet l-oħra u għall-Knisja kollha, u hekk il-kollox u l-partijiet individwali jkunu mqawwija. . .” (Lumen Gentium, 13).

Knisja fl-art Litwana! Illum is-Sedja ta’ San Pietru tiċċelebra bi gratitudni dak id-don partikolari, li l-poplu ta’ Alla ta’ artek ikkontribwixxa biex jagħti lill-għaqda spiritwali tal-Knisja. Dak id-don huwa San Każimiru!

Knisja f’art Litwana!

Int preżenti fl-għaqda spiritwali tal-Knisja kattolika permezz ta’ dan id-don u permezz tal-wirt kollu tal-fidi, tat-tama u tal-imħabba li tul il-ħames sekli – b’mod speċjali fl-era kontemporanja – żviluppa ruħu madwar San Każimiru, patrun tal-Litwanja.

Oh Knisja! Hekk qrib, u darba hekk imbegħda, int għażiża għall-Knejjes kollha tal-komunità universali tal-unika Knisja kattolika. U huwa għażiż dak il-poplu li jżomm fih b’mod hekk tenaċi r-relikwi u l-wirt spiritwali ta’ San Każimiru.

Għarkubbtejna ħdejn ir-relikwi ta’ San Każimiru, fl-ispirtu ta’ affidament induru lejn l-Omm tal-Ħniena tal-Bieb tal-awrora ta Vilnius, u ngħajtu magħqudin magħha bl-istess attenzjoni, bl-istess tama u bl-istess imħabba, li għaliha kienet tħeġġeġ fil-qalb ta’ San Każimiru:

“Spes nostra, salve!

Ad te clamamus!

Sub tuum praesidium confugimus, Mater Misericordiae!”.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading