Il-Papa Franġisku jenfasizza l-importanza tat-talb fil-familji

“Jalla t-taħbit tal-qalb mimlija imħabba tinħass dejjem fil-ħidma tagħkom”, qal il-Papa Franġisku lill-Kumitat Eżekuttiv tat-II Kungress Internazzjonali tal-Konfraternitajiet u Pietà Popolari, fejn nhar is-Sibt iltaqa’ magħhom, f’Casa Santa Marta.

Il-Qdusija Tiegħu beda r-rimarki tiegħu billi esprima l-ferħ tiegħu li laqa’ lill-Kumitat tal-Kungress – li sar, bejn l-4 u 8 ta’ Diċembru 2024, f’Sevilja, Spanja – bħala pellegrini f’din is-Sena tal-Ġublew, filwaqt li rrikonoxxa li ġew biex jirringrazzjaw lil Alla għall-Kungress.

“Meta qaluli li kontu se tiġu, kont xi ftit inkwetat,” iċċajta l-Papa, filwaqt li fakkar li fil-messaġġ li kien bagħtilhom għal dik l-okkażjoni, sejħilhom “mġienen”, “u staqsejt jekk hux għalhekk li kontu tant ħerqana biex tiltaqgħu miegħi”. “Imma Mons. Saiz Meneses qalli li din l-inizjattiva kienet grazzja li l-eki tagħha għadhom qed jinstemgħu,” żied jgħid, b’ċertu umoriżmu, “u għalhekk inħossni iktar komdu”.

Fil-kummenti tiegħu, l-Qdusija Tiegħu fakkar fl-istedina li tahom biex jgħixu l-ġrajja tagħhom bħala talb ta’ tifħir “li jakkumpanja l-vjaġġ tagħna fuq l-art bħala pellegrinaġġ lejn Alla u lejn ħutna”, u talabhom “biex ikunu xhieda ta’ mħabba qawwija, li tista’ tidher ‘ġenn’, miġnun bl-imħabba”. “Kemm ikun tajjeb, fil-konklużjoni ta’ din il-ġrajja,” innota l-Papa, “li kieku l-ewwel minn dawn l-eki jkun jista’ jinstema’ b’mod speċjali fi ħdan il-familji”.

“Jalla jinstema’,” saħaq il-Papa, li “bħala silenzju qawwi ta’ talb, iqanqal id-dmugħ għax ġej mill-qalbsew quddiem ix-xbieha tal-patrun tal-konfraternità tagħkom, sew fi djarkom, sew quddiem it-Tabernaklu tal-parroċċa, ħdejn il-komodina tal-morda, jew fil-kumpanija tal-anzjani.”

Il-Papa rrikonoxxa u esprima l-gratitudni tiegħu għal ħidma ta’ karità tagħhom, li jipprovdu kenn lil dawk li huma bla dar. “Jalla t-taħbit tal-qalb mimlija mħabba,” innota l-Qdusija Tiegħu, “dejjem jinstema’ f’din il-ħidma”. F’dan is-sens, il-Papa ħeġġiġhom fl-isforzi tagħhom biex jippromwovu d-dinjità umana u jieħdu ħsieb lill-oħrajn.

Fl-aħħarnett, il-Papa Franġisku temm jitlob biex Ġesù jberikhom, Marija tgħasses fuqhom, u talabhom biex jitolbu għalih.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2025-02/pope-stresses-importance-of-meaningful-prayer-within-families.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading