Lejn tmiem l-Udjenza Ġenerali tiegħu ta’ nhar l-Erbgħa 12 ta’ Frar, il-Papa Franġisku warrab it-tislijiet ippreparati li kellu għall-kelliema Taljani, u għamel appell għall-paċi.
“Naħseb f’dawk il-pajjiżi kollha li qegħdin fi gwerra,” qal il-Papa. “Ħuti, ejjew nitolbu għall-paċi. Ejjew ilkoll nagħmlu l-parti tagħna.” “Aħna mhux imwielda biex noqtlu”, saħaq, “imma biex ngħinu lin-nies jikbru. Jalla nsibu l-mogħdijiet ta’ paċi.”
Imbagħad semma “l-Ukrajna turmentata”, kif għamel kważi f’kull Udjenza Ġenerali minn mindu faqqgħet il-gwerra fil-pajjiż. “Kemm tbatija!” saħaq il-Papa.
U, waqt li temm l-appell tiegħu, l-Papa Franġisku enfasizza wħud mill-agħar żoni tal-gwerra madwar id-dinja: “L-Palestina, l-Iżrael, il-Myanmar, it-Tramuntana ta’ Kivu, s-Sudan t’Isfel”. Il-Papa ħeġġeġ:
“Jekk jogħġobkom, itolbu għall-paċi. Agħmlu penitenza għall-paċi.”
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2025-02/pope-asks-catholics-to-pray-every-day-for-peace.html