Il-Ħajja f’Għawdex ta’ Marzu 2025

Għalkemm naqra aktar tard mis-soltu f’idejn il-qarrejja, il-ħarġa tar-Rivista Il-Ħajja f’Għawdex ta’ Marzu ħarġet proprju fil-ħin it-tajjeb għall-Ġimgħa Mqaddsa!

Il-qoxra tagħha tevoka l-ġrajja storika li Għawdex għex fil-ftuħ tar-Randan bil-miġja tal-Kurċifiss Ta’ Ġieżu.

Tfakkar ukoll il-100 sena mill-mewt ta’ Għawdxi li ftit dehru bħalu fl-istorja ta’ gżiritna: Mons. Giuseppe Farrugia ‘Tal-Vers’.

Sensiela ġdida dwar Santa Tereżina tal-Bambin Ġesù tiddokumenta d-devozzjoni lejha fl-irħula Għawdxin.

Il-ftuħ tas-Sena tar-Reġjun tal-Kultura u l-LĠA tal-Victoria Scout Group huma fost l-aħbarijiet irrapportati bi prominenza, waqt li l-qarrejja jistgħu jaraw ritratt tal-ewwel karozza rreġistrata f’pajjiżna.

Ara: https://www.facebook.com/ilhajjafghawdex

3 thoughts on “Il-Ħajja f’Għawdex ta’ Marzu 2025”

  1. Tistghu tghiduli pls fejn ista nircevi l-ktieb ghax nixtieq naqrah id-dar mal-familja.

    grazzi hafna…..

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading