Fiduċja Sħiħa fil-Missier

Ħsieb minn Daniel Borg

F’dawn l-aħħar ġimgħat fl-Angelus il-Papa sikwit jagħmel riferenza għall-fraġilita tiegħu f’dan il-mument partikolari. Hu jirrifletti fuq tlett sentenzi partikolari fil-Passju li nqara llum ta’ San Luqa, fejn Ġesu jerħi ruħu kompletament f’idejn il-Missier.

Hu jgħid li aħna f’dan il-Vanġelu rajna lil Kristu miexi lejn is-salib bla difiża u umiljat, bħal tifel imħaddan ma’ għonq missieru, dgħajjef fil-ġisem imma b’saħħtu fil-fiduċja sħiħa li għandu fil-Missier. U din hi r-rfiflessjoni li għaliha msejħin illum. Ilkoll kemm aħna nġorru l-feriti ta’ diversi tbatijiet. Imma l-fidi tgħinna biex ma naqgħux fid-disprament, ċerti mill-imħabba kbira tal-Missier li qatt ma hu se jħallina weħidna.

Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0j82djzfhFRneFDbaARPmPm17Nx6dDeXTXKYLbSE7MkvkPoxpqdu6wtgGDahtkJH4l

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading