NOVENA LEJN IL-ĦNIENA DIVINA

(Mit-18 ta’ April sas-26 ta’ April 2025)

Nhar il-Ġimgħa l-Kbira li ġejja, 18 t’April 2025 tibda n-Novena tal-Ħniena Divina. Iddum disat ijiem u tispiċċa nhar is-Sibt 26 t’April 2025, lejlet il-Festa tal-Ħniena Divina.

Santa Fawstina Kowalska kitbet fid-djarju tagħha: “Il-Mulej qalli biex nirreċita din in-novena fid-disat ijiem ta’ qabel il-Festa tal-Hniena Divina. Għandha tibda f’ Jum il-Ġimgħa l-Kbira … Permezz ta’ din in-novena Jiena nagħti kull grazzja possibbli lill-erwieħ …”

Qalilha wkoll: “Jien nixtieq li l-Festa tal-Ħniena Divina tkun rifuġju u kenn għall-bnedmin kollha u l-aktar għall-imsejkna midimbin. F’dak il-jum l-abbissi profondi tal-Ħniena Tiegħi jinfetħu…Dik ir-ruħ li tmur tqerr (tista’
tqerr sa sebat ijiem qabel jew wara l-Festa tal-Ħniena Divina) u titqarben f’dik il-ġurnata taqla’ maħfra sħiħa ta’ dnubietha u tal-kastig. F’dak il-jum il-bibien Divina minn fejn joħorġu l-grazzji jkunu miftuħa…”

Kif tgħid il-Kurunella tal-Ħniena Divina:
▪ Is-Sinjal tas-Salib
▪ il-Missierna, Ħobżna, Sliema, Qaddisa u Kredu tal-Appostli
▪ Imbagħad fuq iż-żibeġ tal-Missierna tal-kuruna tar-Rużarju tgħid: “Missier Etern jiena noffrilek il-Ġisem, id-Demm, ir-Ruħ u d-Divinita’ ta’ Ibnek l-Għażiż Sidna Ġesu Kristu bi tpattija għad-dnubiet tagħna u għal dawk tad-dinja kollha.”

▪ Fuq iż-żibeġ tal-Ave Maria tal-kuruna tar-Rużarju tgħid: “F’ġieħ il-Passjoni
ħarxa tiegħu, ħenn għalina u għad-dinja kollha” (Għal għaxar darbiet)

▪ Wara l-ħames posta tgħid għal tlett darbiet: “Qaddis Alla, Qaddis Qawwi,
Qaddis Immortali, ħenn għalina u għad-dinja kollha.”

– ĠESU’ JIENA NAFDA FIK –

Fittex minn hawn aktar riżorsi dwar il-Ħniena Divina …

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading