Il-Papa Ljun XIV jiltaqa’ maċ-champion tat-tennis Jannik Sinner

Nhar l-Erbgħa, l-Papa Ljun XIV irċieva liċ-champion tat-tennis Jannik Sinner fil-Vatikan. Skont l-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, l-udjenza bejn il-Papa u l-atleta ta’ 23 sena kienet tinkludi l-familja tat-tennista u l-President tal-Federazzjoni Taljana tat-Tenni, Alberto Binaghi. Din saret fil-kmamar annessi mas-Sala Pawlu VI fil-Vatikan.

Is-Sur Bruni qal li l-passjoni tal-Papa Ljun għat-tennis hija magħrufa sew. Fil-filmat, is-Sur Sinner jidher joffri lill-Papa ballun tat-tennis u jistaqsi jekk riedx jilgħab. Il-Papa wieġeb: “Aħjar inħalluha! Għax inkissru xi ħaġa hawn”.

Bħalissa f’Ruma, fil-kumpless tal-Foro Italico, għaddej l-Open Taljan tal-2025, magħruf uffiċjalment bħala Internazjonali BNL d’Italia.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.youtube.com/watch?v=LrX9hmhQ428

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading