Fost il-purċissjonijiet ta’ pellegrini minn madwar id-dinja li l-Erbgħa 14 ta’ Mejju għaddew mill-Bieb tat-Ġublew tal-Bażilika ta’ San Pietru, l-Vatikan, spikka dak tal-ministri li kienu qed jieħdu sehem bil-Qurbana Mqaddsa, ippreseduta mill-Patrijarka tal-Knisja tal-Kaldej, Louis Raphaël I Sako.
Lejlet il-Ġublew tal-Knejjes tal-Lvant, purċissjoni imdawwla b’ilbiesi tad-deheb imxiet fuq melodiji ta’ kant mit-tradizzjoni Sirjaka. Ikkaratterizzat mill-Anafora ta’ Addai u Mari – talb Ewkaristiku tipiku tat-tradizzjoni Sirjaka tal-Lvant u maħsub li kien magħmul minn Taddeu ta’ Edessa u Mari, dixxipli tal-Appostlu Tumas – il-Quddiesa ġabret flimkien l-għeruq komuni tal-Knisja tal-Kaldej u l-Knisja Siro-Malabara.
“Jalla din iċ-ċelebrazzjoni tkun sinjal mhux biss ta’ wirt ippreservat, imma ta’ komunjoni ħajja,” kienet it-tama espressa waqt l-omelija mill-Qdusija Tiegħu Mar Raphael Thattil, Arċisqof Maġġuri tal-Knisja Siro-Malabar. “Ejjew inħallu lilna nfusna niġġeddu fix-xewqa li nimxu ‘l quddiem flimkien, Lvant u Punent, bħala Knisja pellegrina waħda li tipproklama t-tama f’dinja li għandha bżonn il-fejqan,” qal l-Arċisqof Maġġuri. L-Qdusija Tiegħu Thattil saħaq li l-Ġublew mhuwiex sempliċiment kommemorazzjoni, imma sejħa biex niskopru mill-ġdid il-ferħ tal-Ispirtu, biex nagħtu xhieda fid-dinja li Kristu hu ħaj u jimxi mal-Knisja Tiegħu.
Hemm sens qawwi ta’ appartenenza fost il-fidili, spiritwalità ferventi; t-tfal jilbsu rużarji madwar għonqhom, u l-kant jevoka ċ-ċiviltajiet antiki tal-Mesopotamja.
Ftakar fil-mibki Papa Franġisku – avukat bla heda għall-kawża tal-foqra, li leħnu jsejjaħ lil kulħadd biex jisma’ u jħaddan is-soċjetà fil-kulturi differenti tagħha, u li l-pontifikat tiegħu jkompli jispira lill-Knisja fit-triq tal-umiltà u s-servizz ferrieħi – għajnejna issa jduru lejn is-Suċċessur il-ġdid ta’ Pietru, Ljun XIV, li jimla l-qlub b’tama mġedda. L-motto tiegħu jfakkar li l-għaqda mhix xi ħaġa mibnija, imma don minn Dak li jagħmilna ġisem wieħed, saħaq il-Qdusija Tiegħu Thattil. “Li niċċelebraw din il-liturġija, għalhekk, mhux biss tammira xi ħaġa sabiħa, imma tidħol fil-misteru tal-Knisja, li hija verità universali, li tħaddan id-diversità”.
Il-Kardinal Claudio Gugerotti, Prefett tad-Dikasteru tal-Knejjes tal-Lvant, fir-rimarki tiegħu fi tmiem il-Liturġija Divina, enfasizza li l-Knejjes tal-Lvant huma, min-natura tagħhom, Knejjes missjunarji. B’mod partikolari, l-Kardinal fakkar fi storja mmarkata minn firdiet, persekuzzjonijiet, martirju, storja li rriskjat li ġġiegħel lil dawn il-Knejjes jisparixxu. “Iżda hawn intom, mimlijin bil-fidi, xhieda ta’ Kristu Rxoxt. Irrid nirringrazzjakhom ta’ dak li tirrappreżentaw għalina. Komplu kunu missjunarji,” sostna, “għax il-missjoni tal-Knisja għadha ma spiċċatx”.
Filwaqt li rrikonoxxa li d-dijaspori kienu traġedja vera, madankollu ħeġġiġhom jaġixxu għax “Alla qed jipprovdi opportunità ġdida għall-evanġelizzazzjoni. Intom il-missjunarji tal-lum; komplu fit-tradizzjonijiet tagħkom skont il-kulturi tagħkom. Jekk titilfuhom, il-Knisja titlef parti vitali minnha nfisha – waħda li ma tistax tiġi sostitwita.”
B’dan is-sentiment, il-Kardinal Gugerotti invoka l-barka tal-Mulej biex dawn l-identitajiet differenit jkunu mlibbsa b’kull ħaġa tajba, bit-tama li nkunu “ferħana li qegħdin flimkien”. U fl-aħħarnett il-Prefett tad-Dikasteru tal-Knejjes tal-Lvant ta dan il-mandat: “Ippreservaw l-għaqda, għax l-isem ta’ Alla hu għaqda u mħabba”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2025-05/jubilee-of-eastern-churches-east-syriac-divine-liturgy.html