KELMTEJN SPONTANJI TAL-QDUSIJA TIEGĦU LJUN XIV
LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ
WARA L-QUDDIESA PPRESEDUTA MILL-E.T. MONS. RINO FISICHELLA,
FI TMIEM ID-DAWRA BIL-“POPEMOBILE”
Pjazza San Pietru
It-Tlieta 29 ta’ Lulju 2025
Il-lejla t-tajba!
Buenas tardes!
Good evening!
“Ġesù jgħidilna: ‘Intom il-melħ tal-art […]. Intom id-dawl tad-dinja!” (Mt 5:13-14).
«Ustedes son la sal de la tierra […] la luz del mundo» (Mt 5:13-14). Y hoy sus voces, su entusiasmo, sus gritos – que son todos por Jesucristo – los van a escuchar hasta el fin del mundo.
Hoy están empezando unos días, un camino, el jubileo de la esperanza, y el mundo necesita mensajes de esperanza; ustedes son este mensaje, y tienen que seguir dando esperanza a todos.
[Ġesù jgħidilna: “Intom il-melħ tal-art […]. Intom id-dawl tad-dinja” (Mt 5:13-14).
U llum l-ilħna tagħkom, l-entużjażmu tagħkom, l-għajat tagħkom – li huma kollha għal Ġesù Kristu – se jaslu sat-trufijiet tal-art.
Illum qed tibdew xi jiem, mixja, il-Ġublew tat-Tama, u d-dinja għandha bżonn ta’ messaġġi ta’ tama; intom dan il-messaġġ, u tridu tkomplu tagħtu t-tama lil kulħadd.]
Nittamaw li lkoll kemm intom tkunu dejjem sinjali ta’ tama fid-dinja! Illum qed nibdew. Fil-jiem li ġejjin se jkollkom l-opportunità li tkunu qawwa li tista’ ġġorr fiha l-grazzja ta’ Alla, messaġġ ta’ tama, dawl għall-belt ta’ Ruma, għall-Italja u għad-dinja kollha. Ejjew nimxu flimkien bil-fidi tagħna f’Ġesù Kristu.
U l-għajta tagħna ħa tkun ukoll għall-paċi fid-dinja. Ngħidu lkoll: “Irridu l-paċi fid-dinja!”.
[Il-pjazza: “Irridu l-paċi fid-dinja!”].
Nitolbu għall-paċi.
Oremos por la paz y seamos testimonios de la paz de Jesucristo, de la reconciliación, esta luz del mundo que todos estamos buscando.
[Nitolbu għall-paċi u nkunu xhieda tal-paċi ta’ Ġesù Kristu, ta’ rikonċiljazzjoni, ta’ dan id-dawl tad-dinja li lkoll qegħdin infittxu.]
[Il-Papa jagħti l-Barka]
Niltaqgħu. Niltaqgħu Tor Vergata. Il-ġimgħa t-tajba!
Miġjub għall-Malti minn Francesco Pio Attard