Kitba ta’ P. Juan De Bono ocd
Li kieku kellek titkellem ma’ kwalsijasi omm li f’xi stadju jew ieħor ta’ ħajjitha kienet qiegħdha tistenna tarbija, żgur li din tgħidlek li filwaqt li iva hi kienet se ttir bil-ferħ il-mument li saret taf li kienet qiegħdha tistenna tarbija, b’danakollu żgur li ma tkunx tista’ taħbi l-fatt li matul dawk li d-disgħa xhur ta’ tqala, il-ħajja tagħha kellha tinbidel għal kollox, u xi mindaqqiet kienet tassew anki aktar ‘skomnda’ minn qabel ma kienet qiegħda tistenna tarbija, u allura trid u ma tridx, il-ħarsa u x-xewqa interjuri ta’ dik l-omm sa mill-ewwel mument li ssir taf li hi tqila tkun dejjem lejn dak il-mument li fih hi tkun se TEĦLES.
Mela iva, innutaw tajjeb li filwaqt li iva matul dawk l-erbgħin ġimgħa ta’ stennija, il-ġenituri isegwu pass pass l-iżvilupp ta’ dik il-ħajja ġdida li tkun qiegħdha tikber fil-ġuf tal-omm, u min jaf kemm jiffantassiżżaw waqt dawk id-disgħa xhur kemm il-Pele tagħhom se jiskorja goals waqt il-finali tal-World Cup tal-2026, li se ssir ġewwa l-MetLife Staduim, ġewwa New Jesrey ġewwa l-Istati Uniti, b’danakollu iva, l-aktar l-omm ikollha sebgħa mitt sena biex TEĦLES u twelled lil dik it-tabija li hi tkun qiegħdha ġġorrha fil-ġuf tagħha.
Matul dawk l-erbgħin ġimgħa, il-ġenituri jużaw iż-żmien biex iħejju dak kollu meħtieġ biex meta eventwalment it-tarbija titwieled, din issib kollox lest.
Il-kamra tat-tarbija titħejja, il-ħitan jitbajdu, l-għamara tiġi llustrata biex tibda tleqq, is-sodda tat-tarbija tinxtara, u anki l-car seat ikun tqiegħed ġa bil-lest fil-karozza, il-ħwejjeġ għat-tarbija jinxtraw, u l-istess il-pushair.
Insomma l-ġenituri jgħaddu dawk l-erbgħin ġimgħa jħejju għal dak kollu li jkun li jkun meħtieġ wara li t-tarbija titwieled.
U L-ISTESS GĦANDNA NQATTGĦU DAWN IL-FTIT ĠIMGĦAT (anqas minn mitt sena) li Alla qiegħed jislifna fuq din l-art, sa ma jasal dak il-jum li tassew NEĦILSU.
Ġesu’ jsejjaħlu IBLAH dak il-bniedem li ‘jinħela’ biss fuq il-ħwejjeġ ta’ din id-dinja bla ma jħares ‘l quddiem lejn il-ħajja sħiħa li qiegħdha tistenniena wara li din ir-ruħ li tinsab ġewwa fina ttir lejn is-Sema.
AĦNA ĠEJNA MAĦLUQA GĦAL ĦAJJA SĦIĦA FI ĦDAN IT-TRINITA’ QADDISA.
Sija jekk temmen, u sija jekk ma temminx, meta jgħaddu dawn l-erbgħin ġimgħa li għandna f’dan il-ġuf li hi d-dinja, aħna rridu nidhru quddiem Ala, naraw x’inkunu qegħdna fit-trolley tagħna matul il-ħajja, inħallsu ta’ kollox, anki ta’ dawk il-prodotti li ppruvajna naħbu taħt il-flixken tal-luminata, u mbagħad hekk kif nirċievu l-irċevuta li nkun ħallasna KOLLOX, nintilfu FIL-ĠUF TAT-TLIET PERSUNI DIVINI GĦAL DEJJEM.
L-AĦWA DIN MHIX ĊAJTA, DIN VERITA’ SAGRIOSANTA.
Meta tgħaddi din il-ħajja, tibda oħra li għal dawk li jkunu għexu bil-ħarsa tagħhom dejjem ‘l fuq, la hemm biki u lanqas inkwiet.
Meta lil Santa Tereża tal-Bambin Ġesu’ qalulha li ma kienx jidher li fadal wisq biex hija tmut, hija ‘rabtet’ idejha bi stennija.
Oh l-aħwa kemm hu iblah il-bniedem li jaħseb li l-ħajja hija biss dawn l-erbgħn ġimgħa li aħna nqattgħu hawn fuq din l-art. Kemm hi belgħa dik it-tarbija li taħseb li se tibqa’ f’dak il-ġuf għal aktar minn erbgħin ġimgħa.
Aħna ĠEJNA MAĦLUQA MINN ALLA GĦALIH.
Dan ifisser li le, LIFE IS NOT JUST NOW.
U mhux għalhekk il-Mistiċi u l-Qaddisin dejjem kellhom il-paċi f’qalbhom.
Araw daqxejn bniedem ta’ Alla x’paċi jkollu fih.
U bil-maqlub araw dawk li l-ħarsa tagħhom hija biss fuq din l-art, x’nervożissmu jaħqimhom.
Aħna spiss nitkellmu fuq ‘road rage’, imma xi wħud huma maħkuma minn ‘life rage’.
Iridu jkunu bħal kulħadd, u jsuqu karozza u dan iwassalhom biex jkunu mimlija tensjoni.
Ara mbagħad dawk li they made it a point li ma jkunux bħal kulħadd, u tarhom isuqu rota, il-ħajja hija għalihom ‘serena’ bħal dik ta’ rixa li bil-mod il-mod tibda nieżla mill-għoli, rixha li ma għandha l-ebda biża li din se tikser saqajha x’ħin tmiss mal-art. Min juża r-rota bħala mezz tat-trasport tiegħu ikun jaf eżattament fi x’ħin għandhom jitilqu, u jaslu fil-ħin fejn ikunu pjanati li jaslu, u jaslu stress free, u meta jaslu jafu eżattament ukoll fejn se jipparkjaw ir-rota tagħhom.
Il-Qaddisin u l-Mistiċi m’intiex se tismagħhom għaddejin b’xi vettura li tagħmel ħafna ħoss.
Il-Qaddisin u l-Mistiċi ma jħossux il-ħtieġa li min kull fejn jgħaddu kulħadd iħares lejhom.
Sereni u bla kliem tarhom għaddejjin bejn karozza u oħra u jaqbżu ‘l kulħadd bil-ħajja ‘sempliċi’ tagħhom.
L-istess bħal tarbija fil-ġuf, mehdija biss biex timmoltiplika ċ-ċelloli li għandha, sa ma jasal il-mument li l-omm tkun tant ilha tistenna, u ara lill-omm innifisha tinbutta lit-tarbija ‘l barra minn ġo ġufha.
Oh x’mument mill-isbaħ ikun dak li fih il-mewt tinbotta lir-ruħ ‘l barra minn ġisimna u nitwieldu (bla ma nistgħu mmutu aktar) għal dik il-ħajja li ma tintemm qatt.
Kemm se jaħarqu nar fis-sema għal wasla tagħna.
Kemm se jtajjar flus il-Missier Etern biex jagħmlilna Festa li tinstema’ mil-Galassi kollha tal-Univers.
L-aħwa, illum il-Knisja qiegħdha tfakkar dak il-mument li fih lil Ġesu’, Pietru Ġakbu u Ġwanni rawh tassew fin-natura sħiħa tiegħu ta’ veru Alla u veru bniedem.
Pietru dak il-mument nesa għal kollox lilu nnifsu u x-xewqa tiegħu kienet biss li jibni tinda għal Ġesu’, għal Mose’ u għal Elija.