Minn Daniel Borg
Il-Vanġelu tal-lum jitkellem mill-bieb id-dejjaq (Luqa 13, 22-30). U l-Papa jagħfas fuq din il-frażi: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx.” Il-Papa jgħidilna li dan il-kliem huwa dirett lejn dawk li jaħsbu li huma ġa salvati, li huma ġa’ sew.
Fir-realta’ huma ma fehmux li mhux biżżejjed tagħmel atti reliġjużi biss. Dawn weħidhom mhux biżżejjed jekk il-qalb ma tinbidilx. Din hija l-provokazzjoni ta’ Ġesu’ li jpoġġi fi kriżi lil dawk li jemmnu. Ġesu qed jgħidilna biċ-ċar li ma nistgħux nuru li nemmnu bil-kliem biss.
Il-fidi awtentika hi dik li tħaddan kull parti tal-ħajja tagħna u tiddetermina l-għażliet kollha li nagħmlu. Ġesu’ ma għażilx it-triq faċli tas-suċċess u tal-poter, imma għażel “il-bieb id-dejjaq”, għażel is-salib. Ġesu’ għandu jkun il-kejl tal-fidi tagħna. Xi kultant dan ifisser tagħmel għażliet diffiċli u mhux popolari, niġġieldu kontra l-egoiżmu tagħna u nagħtu lilna nfusna lill-oħrajn, u li nagħmlu t-tajjeb anke fejn jidher li jaħkem il-ħażen. Imma meta nagħmlu dan nindunaw li l-ħajja qed tinfetaħ għalina b’mod ġdida, il-ħajja ta’ Alla!
Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq facebook fuq din il-ħolqa: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid08YExv5FW1b3igNvQ7kw2AB7R3AFRvoRPzaweLjYTgQQNv7VKi1eXj1sx11QWZpC3l