Il-Papa jaħtar lill-Kardinal Mario Grech membru tad-Dikasteru għall-Kleru

30/08/2025: Il-Papa Ljun XIV ħatar lill-Em.T. il-Kardinal Mario Grech, Segretarju Ġenerali tas-Sinodu u Isqof Emeritu ta’ Għawdex, bħala membru tad-Dikasteru għall-Kleru.

Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace

Fl-aħħar snin, il-Papa Franġisku kien diġà qiegħed lill-Kardinal Grech bħala membru fil-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Għaqda tal-Insara, fit-Tribunal Suprem tas-Senjatura Appostolika, u fid-Dikasteri tal-Isqfijiet u tal-Kult Divin u d-Dixxiplina tas-Sagramenti.

F’kitba fuq Facebook, id-Djoċesi ta’ Għawdex wiegħdet lill-Kardinal Grech it-talb tagħha fil-ħidma tiegħu għall-ġid tal-Knisja universali.

Id-Dikasteru għall-Kleru hu d-dipartiment fi ħdan il-Kurja Rumana li jsegwi l-ħtiġijiet u l-ministeru pastorali tas-saċerdoti u d-djakni, waqt li joffri l-għajnuna meħtieġa lill-Isqfijiet kif ukoll lis-seminarji.

https://www.facebook.com/plugins/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fgozodiocese%2Fposts%2Fpfbid02LwcK9zzJwws6Um2SnY8uGBcXN42KqPhrPMpfoSU2rM1NMLg9BsYHV1o1oKq4y2UBl&show_text=true&width=500

Artiklu miktub minn Francesco Pio Attard

Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading