Talb tal-interċessjoni fit-23 Ħadd matul is-sena

V … B’qalb ta’ wlied inressqu b’fiduċja dak li hemm fil-qalb tagħna lil Missier tas-sema.

1. Żomm lill-Knisja taħt il-ħarsien tiegħek hija u tħeġġiġna biex ma naqtgħux qalbna f’mixjietna lejk. Nitolbu

2. Imla bil-qawwa tal-Ispirtu tiegħek lil dawk li għandhom is-setgħa jmexxu, biex inisslu f’kulħadd tama għall-ġejjieni aħjar. Nitolbu

3. Agħti l-kuraġġ lil min jaqta’ qalbu jagħmel il-ġid, biex b’rieda sħiħa jibqa’ jaħdem id f’id miegħek. Nitolbu

4. Nissel fina l-għerf tiegħek biex nagħrfu nagħżlu għalina u għall-proxxmu tagħna il-ġid li tridilna inti. Nitolbu

V … Missier, dawn huma x-xewqat tagħna. Nitolbuk tilqagħhom u tagħtina kull ma hu ta’ ġid għalina. Bi Kristu Sidna.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading