Tmexxija ġdida għall-KSMR

02/09/2025: Il-Konferenza tas-Superjuri Maġġuri (KSMR) eleġġiet kunsill ġdid għas-sentejn li ġejjin.

Fr Eric Cachia SDB, Provinċjal tas-Salesjani ta’ Don Bosco f’Malta, ġie elett President tal-KSMR tal-Kongregazzjonijiet u l-Istituti Reliġjużi f’Malta.

Fr Eric Cachia SDB

Sakemm jokkupa din il-kariga, Fr Eric se jirrappreżenta l-Konferenza f’kuntesti uffiċjali u ekkleżjali, jippresiedi l-Assemblea Ġenerali u l-Kunsill Ġenerali, u jiżgura l-komunikazzjoni tad-direttivi u l-gwida maħruġa mis-Santa Sede jew minn korpi ekkleżjastiċi awtorevoli oħra lill-Kunsill.

Flimkien ma’ Fr Eric, il-membri l-oħra eletti fil-Kunsill huma: Sr Rachel Frendo OSA bħala Viċi President, Sr Catherine Seychell DSH, Patri Charles Mallia O. Carm., Patri Ivan Scicluna OFM Cap. u Sr Magdalene Cauchi USAM.

Il-Kunsill il-ġdid jirringrazzja lil Patri Colin Sammut OFM Conv., Sr Natalie Abela soc, Sr Victoria Sant DSH u Patri Leslie Gatt OSA għas-servizz dedikat u l-impenn ġeneruż tagħhom fil-KSMR tul dawn l-aħħar snin.

Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading