“Bir-regħba għall-flus ma napprezzawx il-persuni għal dak li huma” – Fr Reuben Gauci

13/09/2025: Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Reuben Gauci qal li r-regħba għall-flus twassalna biex ma napprezzawx lill-persuni ta’ madwarna għal dak li huma u tnaqqrilna l-ħin minn magħhom għax nippreferu li ninvestuh f’xi ħaġa jew xi ħadd li jrendilna qligħ.

https://tv.newsbook.com.mt/player/embed?assetID=ssc21nxco0qc8u8d&skin=green&autoplay=0&ads=1

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Reuben Gauci u Silvana Cardona. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 23, 23-26
Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tnaddfu t-tazza u l-platt minn barra, waqt li minn ġewwa jkunu mimlija bi frott is-serq u r-regħba! Fariżew agħma, it-tazza l-ewwel naddafha minn ġewwa, biex imbagħad tkun nadifa minn barra wkoll!”.

Artiklu miktub minn George Cassar

Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading