Illum qed niċċelebraw il-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib

Kitba ta’ Daniel Borg

Illum qed niċċelebraw il-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib, meta Sant’ Elena sabet is-salib ta’ Ġesu’ fir-raba’ seklu f’ Ġerusalemm.

Il-Papa fl-Angelus jagħtina dawl fuq din il-festa permezz tal-istess Vanġelu (Ġw 3,13-17). Dan l-episodju mill-Vanġelu jseħħ bil-lejl, meta Nikodemu wieħed mill-Kapijiet tal-Lhud, persuna retta u ta’ moħħ miftuħ, mar għand Ġesu’. Hu ried li Ġesu’ jdawlu fuq dak kollu li kien qed jiġri. U Ġesu jgħidlu fuq kif kellu “jkun merfugħ Bin il-bniedem, biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem” (Ġw 3,14). Ġesu’ biex ifiehem lil Nikodemu jirreferi wkoll għall-episodju mill-Antik Testment, meta Mose’ jagħmel serp tal-bronż, u jpoġġih fuq stendard biex kull min jingidem mis-sriep velenużi jħares lejh u jsalva. Forsi f’dak il-mument Nikodemu ma jifhimx dan il-kliem, imma żgur jifhem x’ħin f’mewtU jgħin biex jindifen il-ġisem ta’ Ġesu’. Hu jinduna li kien bis-salib li Ġesu’ feda lid-dinja, fejn għażel waħda mill-iktar għodod krudili qatt ivvintata mill-bniedem, jiġiferi s-salib, biex fuqu jmut u juru ruħU lid-dinja. U għalhekk li aħna f’din il-festa tal-lum niċċelebraw l-imħabba kbira tiegħu, dak is-salib li minn għodda ta’ mewt Hu biddlu f’għodda ta’ ħajja.

Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02kvr5iCGbkuPezaY1YSaMuREv5BbnNq5kChrh62vEgnDMxrCnsSJuLfh2Ga73un93l

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading