Talb tal-interċessjoni fil-Quddies tar-4 Ħadd tal-Avvent

V …  Niftħu qalbna beraħ għall-Mulej, is-Sultan tal-glorja, u b’fiduċja kbira li Hu jisma’ talbna. Ngħidulu: Ejja fostna, Mulej, u ilqa’ t-talb tagħna.

1. Ħa tidher il-preżenza tiegħek fostna permezz tal-Papa, l-isqfijiet u s-saċerdoti: għinhom iwasslu l-bxara tajba tiegħek fid-dinja kollha. Nitolbu

2. Imla bl-Ispirtu tiegħek lil dawk kollha li jieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw lill-oħrajn: fuq l-eżempju ta’ San Ġużepp, għinhom dejjem bl-għaqal u bil-ġustizzja. Nitolbu

3. Ħu ħsieb lil dawk li qed isibu diffikultà biex jimxu wara s-sejħat tiegħek: farraġhom bil-preżenza tiegħek ħa jegħlbu kull biżà u jafdaw biss fik. Nitolbu

4. Ħares lejna li b’ħerqa qed nistennew il-miġja tiegħek: agħtina l-grazzja li nagħrfuk u nilqgħu it-tnebbiħ tiegħek f’ħajjitna. Nitolbu

V …  Ilqa’ dan it-talb tagħna, Mulej, u agħtina l-istess fiduċja fik li kellhom Ġużeppi u Marija. Bi Kristu Sidna.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading