Talb tal-interċessjoni. It-13-il Ħadd matul is-Sena

V… Mulej, wara li smajna l-Kelma setgħana tiegħek, aħna issa se nressqu t-talbiet tagħna biex fil-ħniena tiegħek tismagħna.

1. Nitolbuk għall-Knisja Mqaddsa tiegħek biex il-membri tagħha jkunu dawl li jiddi permezz tal-ħajja qaddisa tagħhom. Nitolbu

2. Nitolbuk għall-mexxejja politiċi sabiex tindukrahom ħalli jkunu sinjal tal-imħabba tiegħek fid-dinja. Nitolbu

3. Nitolbuk għar-reliġjużi rġiel u nisa mxerrdin fil-monasteri u kunventi fid-dinja kollha biex dejjem jagħrfu jxandruk permezz tal-ħajja radikali tagħhom fuq il-passi ta’ Ibnek. Nitolbu

4. Nitolbuk għalina biex qatt ma naqtgħu qalbna quddiem it-tiġrib tal-ħajja imma nibqgħu nemmnu u nafdaw fik għax nafu li inti dejjem qiegħed preżenti magħna. Nitolbu

V… Missier ħanin, inti qatt ma tħalli l-Knisja tiegħek waħedha. Nitolbuk biex tkompli tberikha u tieħu ħsiebha ħalli tkompli taqdi l-missjoni li afdajtilha f’idejha. Bi Kristu Sidna

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading