Ġwanni Pawlu II fi Piura fil-Perù

VJAĠĠ APPOSTOLIKU FIL-VENEZUELA,
ECUADOR, PERÙ, TRINIDAD-TOBAGO
LITURĠIJA TAL-KELMA FI PIURA FIL-PERÙ
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
It-Tnejn, 4 ta’ Frar 1985

Jiena r-Ragħaj it-Tajjeb u jiena nagħraf in-nagħaġ tiegħi . . . U għandi wkoll nagħaġ oħra li mhumiex minn dan il-maqjel” (Ġw 10 14 – 16).

Sinjur Arċisqof, ħuti fl-episkopat, awtoritajiet, għeżież ħuti.

1. Fil-miġja f’dawn l-altitudnijiet ta’ San Michele di Piura, il- Papa jrid jobdi taħbita tal-qalb tiegħu ta’ missier, minbarra li jwettaq dmir bħala ragħaj tal-Knisja kollha. Niġi biex niltaqà mal-maħbubin ħuti ta’ din l-art, li fl-eżistenza tagħhom għadhom jiġu nnotati it-traċċi tat-tbatija kkawżati minn katastrofi naturali, li ftit iktar minn sena ilu qerdu d-djar, il-prodotti, il-kanali tal-irrigazzjoni, toroq ta’ komunikazzjoni, waqt li ħolqu diffikultajiet bla tarf lil tant familji, u billi qerdu l-frott ta’ snin twal ta’ tbatija. Għal dan iż-żjara trid tkun qabel kollox sinjal ta’ solidarjetà u inkuraġġimrnt sabiex ma tħallux lilkom infuskom titilfu l-kuraġġ minħabba din id-diżgrazzja, imma tkunu tafu anzi tagħrfu minnha raġunijiet ta’ tama u ta’ appoġġ reċiproku, u rieda biex terġgħu tibnu dak li ntilef. Nitlob lil Alla li l-ilmijiet li wasslu għal din il-qerda u mewt ikunu jistgħu jservu biex jiffertilizzaw l-għelieqi tagħkom u li u li jqanqlu fikom it-tama ta’ prodotti iktar abbundanti biex tkomplu ħajjitkom.

Niġi f’pellegrinaġġ ta fidi fis-sorsi tal-għemil tal-opra evanġelizzatriċi fil-Perù, ladarba minn dawn l-artijiet, taħt il-protezzjoni tal-arkanġlu San Mikiel, telqu l-pijunieri tal-aħbar ta’ Ġesù Kristu, tal-bxara t-tajba tiegħu u tal-Knisja tiegħu, lejn it-territoorju vast tal-imperu antik tal-Incas. Għalhekk, minn dan il-post, moħħna jogħla b’mod spontanju lejn Alla,biex jirrendi grazzi għall-evanġelizzazzjoni tal-Perù, għall-eroj tagħha u għall-qaddisin tagħha. L-ispirtu tagħna jinġabar fit-talb, biex jimmedita dwar dik l-evanġelizzazzjoni u niskopru l-esiġenzi li joħorġu mill-aċċettazzjoni tal-Vanġelu.

2. Il-kelma ta’ Alla li smajna tiġi biex iddawwal din il-meditazzjoni, billi tistedinna nikkontemplaw bl-għajnejn tal-evanġelista San Ġwann ix-xbiha familjari ta’ Ġesù, ir-Tagħaj it-Tajjeb, f’nofs in-nagħaġ tiegħu. F’din is-silta tant magħrufa, Kristu jippreżenta lilu nnifsu mhux biss bħala ragħaj, imma wkoll “il-bieb tan-nagħaġ”. Huwa hu il-veru ragħaj, b’differenza ta’ tant oħrajn li qablu kienu ppreżentaw lilhom infushom bħala rgħajja, imma kienu biss merċenarji jew briganti.

Il-Mulej jidħol mill-bieb tal-maqjel, jiġifieri, ġie mibgħut mill-Missier, bħala rivelatur tal-misteri tiegħu u jġib miegħu l-verità kollha billi juri l-mixja tal-ħajja vera. Għal dan Ġesù jġib ruħu bħar-rgħajja t-tajbin: jagħraf in-nagħaġ tiegħu waħda waħda, fis-sitwazzjoni konkreta tagħha, isejħilhom b’isimhom u n-nagħaġ jagħrfu l-leħen ta’ sidhom u jimxu warajh. Huwa jimxi quddiem in-nagħaġ biex jurihom it-triq, biex jevita l-perikoli, biex jiddefendihom mil-lupu jew mill-brigant..

Ġesù huwa “il-bieb għan-nagħaġ”. Huwa biss imexxihom lejn l-għelieqi ħodor fejn isibu l-ikel, is-sikurezza, il-“ħajja bl-abbundanza” (Ġw 10, 18). Il-Mulej Ġesù huwa evanġelizzatur – l-ewwel evanġelizzatur – ragħaj u bieb għan-nagħaġ. Huwa mhux biss ixandar il-verità, imma huwa l-verità nfisha offruta lill-bnedmin; mhux biss jindika t-triq, imma huwa t-triq; mhux biss iwiegħed il-ħajja, imma huwa l-ħajja vera. Ebda evanġelizzatur ieħor ma jistà jgħid dan dwaru stess. L-evanġelizzaturi l-oħra kollha, jekk iridu jkunu effettivi, għandhom ikunu jafu jirrapreżentaw u jimitaw lill-uniku Ragħaj it-Tajjeb; għandhom idaħħlu lin-nagħaġ tagħhom mill-bieb li huwa Kristu; għandhom isejħulhom b’isimhom, bl-uniku leħen li huma jagħrfu u li huwa l-leħen ta’ Ġesù, Li tipproċedi b’mod ieħor, kif jiddikjara Ġesù nnifsu, tkun qiegħed tissogra li tkun “barrani” jew wieħed mhux magħruf.

3. L-opra evanġelizzatriċi tal-Knisja tinkixef meta Kristu, ragħaj u evanġelizzatur, isejjaħ, iħejji u jibgħat evanġelizzaturi oħrajn, biex ixandru fil-lingwi kollha u fil-postijiet kollha l-bxara t-tajba tas-salvazzjoni u biex jinġabru fil-komunità ta’ dawk li jemmnu – il-Knisja – dawk li għandhom isalvaw ruħhom.

Hekk kienet inawgurata jum wieħed l-opra ta’ evanġelizzazzjoni fl-Amerika. Jiena stess ridt nagħti bidu, ġo Santo Domingo, lin-novena ta’ snin li tħejji l-kontinent Amerikan biex jiċċelebra il-V ċentinarju ta’ ġrajja ekkleżjali ta’ tali mportanza. Hekk, mal-ewwel quddiesa ċċelebrata hawn fi Piura, fl-ewwel massa nisranija, bdiet l-evanġelizzazzjoni tal-Perù.

Il-preżenza tiegħi llum fil-belt nobbli tagħkom, maġemb ħuti fl-episkopat, saċerdoti, reliġjużi rġiel u nisa u l-fidili kollha, trid tkun, barra minn ringrazzjament lil Alla għall-evanġelizzazzjoni tal-Perù, tifħir meritat lil tant missjunarji żelanti li baqgħu mhux magħrufa li tefgħu ż-żerriegħa tal-fidi f’din l-art fertili. Huma,  mħollija l-artijiet tal-oriġini tagħhom, ikkonsagraw ħajjithom  għall-istruzzjoni fil-fidi tal-popolazzjonijiet indiġeni li sabu u hawn ħallew l-iġsma tagħhom.

F’nofs elf ostaklu minħabba l-estensjoni tal-Pajjiż, il-muntanji kbar, il-varjetajiet tal-lingwi, in-nuqqas ta’ mezzi, imma b’affidazzjoni fil-qawwa tal-kelma ta’ Alla, wettqu dik l-opra mmensa, li ħalliet frott hekk kbir.

Waqt li naħseb fil-preżent tal-evanġelizzazzjoni, jistà jkun li l-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu hija li nħarsu sewwa lejn dik l-intrapriża, biex nisiltu mottivi ta’ ispirazzjoni minħabba l-futur. Bdanakollu din l-opra evanġelizzatriċi ma tispiċċa qatt. Kull ġenerazzjon nisranija trid iżżid il-parti tagħha ta’ umpenn. Mingħajr dan tonqos xi ħaġa essenzjali. Jonqos element insostitwibbli għall-evaġelizzazzjoni tal-Perù, jekk jonqos illum impenn ġeneruż evanġelizzatur. Dan huwa s-sinjal tal-fedeltà lejn Kristu, lejn il-mandat tiegħu, u huwa wkoll manifestazzjoni ta’ vitalità fil-fidi tal-Knisja.

Għal tali raġuni din l-intrapriża hija l-ewwelnett tagħkom, ħuti Isqfijiet. Hija tagħkom, saċerdoti li intom kollaboraturi nsostitwibbli tar-rgħajja tagħkom. Hija tagħkom, reliġjużi rġiel u nisa, infatti din hija l-kawża ta’ Kristu, li intom ħaddantu. Hija tagħkom, lajċi nsara, li fil-qalb tad-dinja intom imsejħa biex tibnu s-saltna ta’ Alla. Jekk il-Knisja tagħkom tilqà dan il-messaġġ ta’ Ġesù, wieħed ikun jistà jgħid tassew li “jien insegwieh għaliex nagħraf leħnu”, il-leħen ta’ Kristu (cf. Ġw 10, 4).

4. Dan l-għarfien tal-leħen tal-Imgħallem u r-Ragħaj it-Tajjeb, mingħajr is-sekwenza tal-leħen tal-istranġieri, jikkwalifika l-element essenzjali, li għandu jiddistingwi l-evanġelizzazzjoni fil-Perù tallum: il-fedeltà tat-tagħlim ta’ Ġesù Kristu, uniku għalliem u Mulej.

Il-predeċessur tiegħi l-Papa Pawlu VI, fl-eżortazzjoni apostolika tiegħu Evangelii nuntiandi, jgħallem: “Tevanġelizza hija, qabelkollox, tagħti xhieda b’mod sempliċi u dirett, ta’ Alla rrivelat minn Ġesù Kristu permezz tal-Ispirtu Santu. Tixhed li ħabb id-dinja f’Ibnu; li fil-Verb inkarnat ta lill-ħwejjeġ kollha l-eżistenza u sejjaħ lill-bnedmin għall-ħajja ta’ dejjem” (Paolo VI, Evangelii nuntiandi, 26).

Hekk mela, evanġelizzaturi u evanġelizzati għandhom id-dmir irrinunzjabbli ta’ fedeltà stretta u amorevoli għat-tagħlim ta’ Ġesù. Infatti l-evanġelizzaturi mhumiex “sidien” tal-kelma ta’ Alla, imma huma ministri, qaddejja. Minn naħa oħra, kif fakkart fl-eżortazzjoni apostolika tiegħi Catechesi tradendae, min “isir dixxiplu ta’ Kristu għandu d-dritt li jirċievi l-“kelma tal-fidi” mhux imfarrka, mhux falsifikata jew imnaqqsa, imma sħiħa u  integra, fis-severità u fl-enerġija tagħha” (Ġwanni Pawlu II, Catechesi tradendae, 30). Jiġifieri, f’fedeltà sħiħa għall-punt ta’ oriġni tagħha, Kristu; għall-kontenut tagħha rivelat; għad-destinatarji li għandhom isalvaw billi jgħaddu mill-bieb: “Jien huwa l-bieb; jekk wieħed jidħol ġewwa permezz tiegħi, isalva” (Ġw 10, 9).

Bdanakollu, m’għandniex ninsew, li  l-evanġelizzazzjoni tintegra mal-aspetti konkreti tal-ambjent li fih titwettaq. F’dan is-sens l-evanġelizzazzjoni fil-Perù tistenna propji tal-mument attwali. Ma nistgħux inqisuhom kollha f’din iċ-ċelebrazzjoni, bdanakollu nixtieq nenfasizza fil-qosor xi ftit.

5. Tevanġelizza tfisser twassal il-messaġġ ta’ Kristu lil kulħadd, sabiex  ikollu ħajja. Għal dan għandu rapporti stretti mal-promozzjoni umana. F’dan is-sens l-evanġalizzazzjoni tinkludi wkoll l-urġenza li tippromwovi integralment id-dinjità tal-bniedem, li tgħinu biex jibdel is-sitwazzjonijiet u l-istrutturi nġusti li jiksru din id-dinjità.

Ġesù, matul ol-ħajja pubblika tiegħu,, kellu l-opportunità li jiltaqà ma’ ħafna nies milquta minn diversi malinjitajiet fiżiċi u morali. Bħala sinjal tal-preżenza tas-saltna wettaq il-mirakli (cf. Mt 12, 4-6) u ħa ħsieb il-ġid tal-persuni kollha li ltaqà magħhom. Meta nnutaw dan kollu, in-nies stagħġbet u kkummentat: “Kollox għamel tajjeb; jagħti s-smigħ lit-torox u l-kliem lill-imbikkmin!”: “(Mk 7, 37).

Għal dan il-predeċessur tiegħi Pawlu VI kien fakkar: “Bejn evanġelizzazzjoni u promozzjoni umana – żvilupp, liberazzjomi – jeżisti rbit  tassew qawwi . . . mhux possibli taċċetta li l-opra ta’ evanġelizzazzjoni tistà jew għandha tinsa problematiċi estremament gravi, tant diskussi llum, marbutin mal-ġustizzja, il-liberazzjoni, l-iżvilupp u l-paċi fid-dinja.  Jekk dan iseħħ ifisser li dak li jkun jinjora d-duttrina tal-Vanġelu dwar l-imħabba lejn il-proxxmu li jsofri jew iġarrab bżonnijiet” (Pawlu VI, Evangelii nuntiandi, 31).

Il-Konferenzi tal-episkopat latinamerikan miġbura f’Medellín u Puebla għamlu aċċent partikolari fuq l-evanġelizzazzjoni u l-promozzjoni umana fil-Pajjiżi ta’ dan il-kontinrnt, partikolarment permezz tal-hekk imsejħa opzjoni preferenzjali għall-foqra. Irrid hawn infakkar, għeżież ħuti, dak li riċentement jien ippreċiżajt dwar dan: “Iva, il-Knisja tagħmel tagħha l-opzjoni preferenzjali favur il-foqra.

Opzjoni preferenzjali, innutaw sewwa: konsegwentement, mhux opzjoni esklussiva jew eskludenti, infatti l-messaġġ ta’ salvazzjoni huwa ndirizzat lil kulħadd. Opzjoni barra minn dan ibbażata essenzjalment fuq il-kelma ta’ Alla u mhux fuq kriterji pprovduti mix-xjenzi umani jew minn idejoloġiji opposti, li bi frekwenza jirriduċu l-foqra għal- kategoriji soċjo-politiċi jew astratti ekonomiċi. Imma opzjoni soda u rrevokabli”,” (Ġwanni Pawlu II (Allocutio ad Patres Cardinales et Romanae Curiae Sodales, 9, 21 dicembre 1984: Insegnamenti di Giovanni Paolo II, VII/2 [1984] 1630). Dan l-aspett tal-evanġelizzazzjoni, f’fedeltà sħiħa fi Kristu, fil-Vanġelu u fil-bniedem, skont il-kriterji tal-Knisja, tassumi attwalità ċara fil-Perù fil-preżent u quddiem il-futur.

6. L-aħbar tal-Vanġelu tinkludi s-sejħa kostanti għal atteġġjament ta’ konverżjoni min-naħa tal-insara kollha u għandha tippenetra mhux biss il-ħajja personali u familjari, imma wkoll l-istrutturi soċjali, biex tirrendihom iktar kompjaċenti mal-esiġenzi tal-ġustizzja, Ejjew ma ninsew qatt li l-qlub konvertiti u mġedda biss internament jimeljoraw it-ton morali u uman tas-soċjetà.

Għixu mela, intom dawn l-esiġenzi u għaddsu fir-realtà temporali l-linfa tal-fidi fi Kristu! Naħseb b’mod konkret fix-xhieda tal-ħajja u fl-impenn ta’ evanġelizzazzjoni li tinħtieġ il-familja nisranija: il-miżżewġin jgħixu s-sagrament tal-għaqda fertili u ndissolibli bejn Kristu u l-Knisja, ikunu l-fundaturi u l-animaturi tal-“Knisja domestika”, il-familja,  bl-impenn ta’ edukazzjoni  integrali etika u reliġjuża tal-ulied, jiftħu liż-żgħażagħ l-orizzonti tad-diversi vokazzjonijiet insara, bħala sfida ta’ milja għall-alternattiva tal-konsumiżmu edonista jew tal-materjaliżmu ateju. Dan huwa qasam ta’ attwalità palpitanti għall-evanġelizzazzjoni fil-Perù.

7. Importanza partikolari terġa tilbes ukoll l-evanġelizzazzjoni tal-kultura f’Pajjiżkom, biex tiffertilizzah bl-ispirtu tal-Vanġelu li fih hija tgħaddas l-għeruq tagħha plurisekolari. Infatti, l-evanġelizzazzjoni, meta tkun imwettqa korrettement, tinfluwixxi potentement fuq il-kultura u fuq il-ħajja tal-bniedem.

Sfurzaw, mela, sabiex il-liġijiet u d-drawwiet ma jdawrux spallejhom lis-sens traxxendenti tal-bniedem, linqas lill-aspetti morali tal-ħajja. Bi lsien indirizzat lejn il-bnedmin tax-xjenza u b’mod partikulari lill-universitarji preżenti hawn u fil-Pajjiż kollu, nirripeti l-istqarrija li għamilt quddiem l-assembleja tal-UNESCO: ir-rabta tal-Vanġelu mal-bniedem hija ħallieqa ta’ kultura fl-istess pedament tiegħu, sabiex tgħallem iħobb il-bniedem fl-umanità tiegħu u fid-dinjità eċċezzjonali tiegħu (cf. Ġwanni Pawlu II, Allocutio ad UNESCO habita, 2 giugno 1980Insegnamenti di Giovanni Paolo II, III/1 [1980] 1636ss.). F’dan ir-rigward, il-Knisja fil-Perù ssib ruħha fi sfida vera li trid tiġbor b’mod krejattiv fl-azzjoni tagħha evanġelizzatriċi. Għal dan il-għan nesprimi l-istima profonda tiegħi lir-rappreżentanti tad-dinja tal-kultura fil-Perù u fl-istess ħin ninkuraġġihom biex ikunu fidili għall-missjoni importanti tagħhom u għall-bniedem meqjus fid-dimensjoni integrali fid-dawl ta’ Alla.

8. Dan l-impetu evanġelizzatur ġdid jitlob serje ta’ sforzi kordinati biex tiġi organizzata katekeżi iktar profonda, mgħallma f’forma organika u sistematika, din hija neċessità vitali. Hemm bżonn mela ta’ katekeżi kostanti, bla waqfien u bla għejja, fil-livelli kollha u fil-postijiet kollha: mill-omelija sat-tagħlim tal-katekiżmu fil-familja, mill-parroċċa għall-iskola. Katekeżi li, waqt li tavviċina l-bniedem lejn Ġesù Kristu, tkun attenta għall-formazzjoni retta tal-kuxjenza tan-nisrani, billi tkun taf twassal kaldament lil kull ruħ l-esiġenza amabli tar-Redentur.

F’dan ix-xogħol,  hemm bżonn ta’ momentum kbir biex ikun assikurat li għall bxara ta’ Ġesù Kristu tikkorrispondi ċ-ċelebrazzjoni adegwata tal-misteru tiegħu fil-liturġija tal-Knisja; infatti il-ħajja ta’ Kristu tikkumunika lilha nfisha lill-fidili permezz tas-sagramenti, kif fakkart lill-isqfijiet tagħkom (cf. Ġwanni Pawlu II, Allocutio ad quosdam Peruviae Episcopos occasione oblata eorum visitationis “ad limina”, 3, 4 ottobre 1984: Insegnamenti di Giovanni Paolo II, VII/2 [1984] 738 s.). Barra minn dan, il-liturġija, iċċelebrata skont ir-regoli tal-Knisja u pparteċpata b’mod attiv, hija fiha nfisha l-katekeżi l-iktar awtentika permezz tal-kelma u permezz tas-sinjali sagri.

9. Fis-sitwazzjoni konkreta tal-Perù, mezz ta’ komunikazzjoni u post importanti ta’ evanġelizzazzjoni għandu jkun il-ħniena popolari mnissla mill-qalb tal-poplu. Din tidher, bosta drabi b’mod sorprendenti, is-sens tal-fidi li Alla jkabbar għas-sempliċi tal-qalb, hekk għanja b’sentiment u espressiva fil-ġesti ta’ devozzjoni tagħha.

Huwa magħruf sewwa kemm b’mod profond hija radikata fikom, fidili Peruvjani, id-devozzjoni għas-salib ta’ Kristu li jinsab f’tant postijiet li fihom tiżvolġi ħajjitkom. Dawn huma prova tal-qima għall-“Cruz de la Conquista” jew iċ-ċelebrazzjoni tal-“Cruz de Mayo”. Bħalma huma l-imħabba profonda tal-Peruvjani lejn Kristu msallab, meqjum bħala is- Señor de los Milagros, Señor Cautivo de Ayabaca, il Señor de Luren, de Huanca, il Señor de los Temblores, de Koylloriti, de Burgos, de Huamantanga u oħrajn.

L-istess ħaġa sseħħ bid-devozzjoni profonda li intom, kattoliċi Peruvjani, tħossu lejn Ommna, il-Verġni Santissma, li għall-protezzjoni tagħha tirrikorru tant drabi. Ukoll fid-diversi santwarji marjani li jżejnu l-maħbuba art twelidkom. Kunu fidili għal dawn id-devozzjonijiet, u jalla dawn imexxukom dejjem iktar lejn Kristu, ċentru ta’ ħajjitna tal-fidi, Ragħaj uniku u Feddej.

Intom, rgħajja u gwidi ta’ dan il-poplu, għinuh rispettożament biex jippurifika dawn id-devozzjonijiet popolari, sabiex ikunu għall-merħla tal-Mulej toroq li jwasslu għandu, bieb uniku għan-nagħaġ, li fih isibu il-mergħa vera (Ġw 10, 9) u jkollhom “il-ħajja bil-kotra” (Ġw 10, 10); il-ħajja li huwa jagħti lin-nagħaġ tiegħu (Ġw 10, 15) u li ddum  sal-ħajja eterna fi Kristu, li għandu “s-setgħa li joffri ħajtu u s-setgħa li jerġa jeħodha lura mill-ġdid” (Ġw 10, 18).

Dan l-aspett tal-ħniena popolari illum jiftaħ possibiltajiet wiesà ta’ evanġelizzazzjoni lill-Knisja tal-Perù.

10. Fl-aħħarnett, l-evanġelizzazzjoni fis-sitwazzjoni attwali Peruvjana trid terġaa tiċċara l-fidi u tevita perikli li għalihom tara espost il-poplu tal-fidili.

Il-qari ta’ din iċ-ċelebrazzjoni liturġika jitkellem dwar dawk li jidħlu fil-maqjel “permezz ta’ Kristu”. Dawn ukoll jappartienu lill-merħla, u barra minn dan jieħdu sehem attivament fil-missjoni ta’ Kristu evanġelizzatur u Ragħaj. F’din l-istess missjoni jieħdu sehem l-isqfijiet, is-saċerdoti, ir-reliġjużi u l-lajċi magħżula tal-Knisja. Dawn huma is-seminaturi tal-Vanġelu.

Sens kbir ta’ responsabiltà u attenzjoni għall-ministeru tagħna għandu   jimliena bil-kliem ta’ kundanna ta’ Ġesù lejn min “ma jidħolx mill-bieb”, imma “jitlà min-naħa oħra, bħal ħalliel u brigant”.  Dawn huma “barranin” għall-merħla u minħabba f’hekk in-nagħaġ “ma jsegwux barrani, imma jaħarbu ‘l bogħod minnu, għaliex ma jafux il-leħen tal-barranin”   (Ġw 10, 1-5). “Il-ħalliel ma jidħolx jekk mhux biex jisraq u joqtol u jeqred” (Ġw 10, 10).

Dan il-kliem sever tal-Imgħallem jikkundanna l-alterazzjonijiet kollha tal-Vanġelu u tal-evanġelizzazzjoni vera, il-falsità u l-profeti foloz, il-qari mill-ġdid tal-Vanġelu b’modi mhux ekkleżjali imma addattati għal interpretazzjonijiet ispirati għall-moda jew viżjonijiet soċjo-politiċi. B’dan jinbidel is-servizz lill-verità mas-servizz lill-konfużjoni, jekk mhux saħansitra għall-gidba.

Quddiem dawn il-perikoli, li dejjem jisserpeġġjaw fil-Knisja, huwa meħtieġ li r-rgħajja, operaturi tal-pastorali u fidili iżommu fedeltà assoluta għall-messaġġ integrali ta’ Kristu, li jisimgħu leħnu li jkunu disposti bħalu biex jagħtu il-prova suprema tal-imħabba għall-verità u għan-nagħaġ tagħhom: “Għalhekk iħobbni l-Missier għax jien nagħti ħajti . . ., din hi l-ordni li ħadt mingħand Missieri” (Ġw 10, 17.18).

B’dan il-mod l-evanġelizzazzjoni mwettqa bi profondità teħles lill-fidili mir-riskji li jiġu minn attivitajiet prożelitisti ta’ gruppi  li għandhom kontenut reliġjuż ftit li xejn awtentiku.

11. Ħuti għeżież: għamilna dawn ir-riflessjonijiet fuq l-evanġelizzazzjoni fil-Perù fil-waqt attwali tal-Knisja.

Irrid nurikom l-apprezzament ħaj tiegħi u inkuraġġiment għall-isforzi kbar li lkoll, rgħajja, operaturi tal-pastorali u fidili twettqu biex issegwu b’fedeltà lil Kristu, l-ewwel evanġelizzatur, ragħaj u bieb tal-maqjel. Ġeddu l-għan tagħkom f’din il-mixja, sabiex din il-Knisja fil-Perù tkun Knisja evanġelizzatriċi – ġewwa u barra   l-fruntieri – Knisja ta’ Kristu li dejjem tismà leħnu.

Il-Kewkba tal-evabġelizzazzjoni, Sidtna Marija della Mercede, tispira mis-santwarju tagħha ta’ Paita l-għanijiet kollha tagħkom u tikkumpanja fil-fedeltà tagħhom lejn Kristu l-ulied ta’ din l-art u tal-Peru kollu, li jiena nbierek minn qalbi. 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading