V Aħna u nagħrfu nħaddmu l-kapaċitajiet li kull wieħed u waħda minna mżejnin bihom, ejjew inressqu t-talbiet tagħna lill-Mulej.
1. Nitolbuk, Mulej, għal dawk kollha li tajthom il-ħidma li jkunu fit-tmexxija tal-Knisja, biex jaqduk bl-akbar fedeltà u mħabba. Nitolbu
2. Nitolbuk, Mulej, għal mexxejja tal-pajjiżi kollha tal-art biex dejjem jagħrfu jużaw il-kapaċitajiet tagħhom għall-ġid ta’ pajjiżhom. Nitolbu
3. Nitolbuk, Mulej, għall-ħaddiema kollha biex bil-ħiliet tagħhom ikunu dejjem lesti li jaqdu lil ħuthom il-bnedmin. Nitolbu
4. Nitolbuk, Mulej, għalina lkoll biex inkomplu niżviluppaw it-talenti li inti tajtna għall-ġid tagħna nfusna u tal-proxxmu tagħna. Nitolbu
V Mulej, filwaqt li nroddulek ħajr talli żejjitna b’diversi doni, nitolbuk biex dejjem inkunu kapaċi nużawhom biex inkomplu nibnu soċjetà li tkun tassew għal qalbek. Bi Kristu Sidna.