Kelma mid-Delegat, Rev. Prof. Carl-Mario Sultana
Għeżież Għalliema tar-Reliġjon,
Qisu lbierah li bdejna sena ġdida u diġà għadda xahar sħiħ minnha. Kemm jiġri ż-żmien! Issa dalwaqt nidħlu fi żmien ir-Randan bi preparazzjoni għall-festa tal-Għid il-Kbir. Għal ħafna minna dan ikun żmien li jista’ jkun aktar impenjattiv fl-iskola minħabba l-impenji oħra marbuta ma’ dan iż-żmien li aħna jkollna. Tajjeb li nżommu f’moħħna kemm hu importanti dan iż-żmien, u li bħal kull żmien ieħor, dan jista’ jgħaddi minn fuq rasna u minn fuq ras l-istudenti tagħna, u kemm aħna, kif ukoll huma, lanqas biss nintlaqtu mill-effett tiegħu.