Ħarġa ta’ Lulju -Awwissu 2025 mill-Uffiċċju għall-Edukazzjoni Reliġjuża tal-Konferenza Episkopali Maltija
Qegħdin f’nofs is-sajf, bix-xemx tiżreġ u temperaturi li xi kultant jaqtgħulna nifisna. Imma żmien is-sajf, għalkemm xi kultant ma jkunx pjaċevoli minħabba t-temperaturi għoljin li jkollna nesperjenzaw huwa żmien neċessarju: huwa żmien li fih nieqfu ftit biex nistrieħu u niġġeddu. Huwa żmien li fih nistgħu nerġgħu insibu xi ftit lilna nfusna. Iż-żmien tas-sajf huwa opportunità biex nieqfu ftit mir-rutina ta’ kuljum, nagħmlu pass lura mir-ritmu mgħaġġel tal-ħajja ta’ kuljum matul il-ġranet tal-iskola u nsibu ftit il-paċi u s-serenità biex niġġeddu minn ġewwa.
Ara din il-ħarġa minn hawn … https://cre.church.mt/didaskalos-4-25
Aktar