Il-Familja – Fedeltà u Mħabba

33. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 21 t’Ottubru 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fl-aħħar meditazzjoni rriflettejna fuq il-wegħdiet importanti li l-ġenituri jagħmlu lil uliedhom, sa minn meta huma maħsuba fl-imħabba u mnissla fil-ġuf.

Nistgħu nżidu li, jekk inħarsu iżjed mill-qrib, ir-realtà sħiħa tal-familja hi msejsa fuq il-wegħda – ejjew naħsbu sew f’dan: l-identità tal-familja hi mibnija fuq wegħda –: nistgħu ngħidu li l-familja tgħix bil-wegħda ta’ mħabba u ta’ fedeltà li r-raġel u l-mara jagħmlu lil xulxin. Dan jiġbor fih l-impenn li jilqgħu u jedukaw l-ulied; imma jitwettaq ukoll meta jieħdu ħsieb tal-ġenituri anzjani, jipproteġu u jieħdu ħsieb ta’ l-iżjed membri dgħajfa tal-familja, jgħinu lil xulxin biex joħorġu l-aħjar kwalitajiet f’xulxin u jaċċettaw il-limiti personali tagħhom. Continue reading “Il-Familja – Fedeltà u Mħabba”