
IL-KATEKIŻIMU TAL-KNISJA KATTOLIKA … ORIĠINI U ŻVILUPP
Wara l-Konċilju Ekumeniku Vatikan II, il-Knisja ħasset il-ħtieġa li tippreżenta t-tagħlim tagħha fid-dawl tat-tiġdid konċiljari. Fl-1985, fl-Assemblea Straordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet li fakkret l-20 sena mit-tmiem tal-Konċilju, saret proposta li jsir katekiżmu universali ġdid.

10 SNIN MILL-AMORIS LAETITIA. L-EVANĠELJU MAL-FAMILJI
Laqgħa msejħa mill-Papa Ljun XIV għall-Kapijiet tal-Knejjes Kattoliċi Orjentali u l-Presidenti tal-Konferenzi Episkopali u li għaliha huma mistiedna jieħdu sehem numru ta’ familji. “Il-preżenza tagħhom hi essenzjali”, qal il-Papa.

IL-GĦAŻLA PREFERENZJALI FAVUR IL-FOQRA
L-għażla favur il-foqra hija msejsa fuq il-Bibbja, żviluppata fit-tradizzjoni nisranija, u elaborata b’mod partikolari fit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja matul is-sekli għoxrin u wieħed u għoxrin.
IL-PAPA LJUN XIV F’LAMPEDUSA
Għeżież, illum Lampedusa u Linosa jinsabu fi triq perikoluża bħal dik li kienet tieħu ’l isfel minn Ġerusalemm għal Ġeriko. Hawnhekk rajtu mhux wieħed biss, imma eluf ta’ bnedmin li waqgħu f’idejn il-ħallelin li jeħdulhom kollox, isawtuhom sat-tixrid tad-demm u jitilqu, u jħalluhom nofshom mejta. Il-baħar laqa’ lill-oħrajn, dawk li ma waslux fejn kienu qed jittamaw.

AKTAR MINN MITT PAĠNA B’TIFSIR TA’ KLIEM U TERMINI TAL-KOTBA MQADDSA MILL-BIBLISTA DUN PAWL SCIBERRAS.
It-tema biblika tat-tentazzjoni, tal-prova, tat-tiġrib, u tal-fedeltà lejn Alla u l-Patt miegħu għandha post ċentrali fin-narrattiva tal-istorja tas-salvazzjoni. Tul l-Iskrittura kollha, il-poplu ta’ Alla jiltaqa’ ripetutament ma’ sitwazzjonijiet li fihom il-fedeltà, il-fiduċja, u l-ubbidjenza tiegħu jitqiegħdu taħt prova.

MESSAĠĠ TAL-PAPA GĦALL-JUM DINJI TAN-NANNIET U L-ANZJANI
Fil-messaġġ għal Jum in-Nanniet u l-Anzjani, li ser jitfakkar fis-26 ta’ Lulju, il-Papa Ljun XIV jgħid li din iċ-ċelebrazzjoni hi opportunità biex niskopru mill-ġdid li l-Knisja hi msejħa biex tkun omm kulħadd u li f’kull età dejjem possibblli li bniedem jagħraf lilu nnifsu bħala iben u bint Alla.

San Benedittu u r-Regola, Ora et Labora
Meqjus bħala l-Missier tal-Monastiċiżmu tal-Punent. Il-kontribut l-aktar sinifikanti tiegħu huwa r-Regola li kiteb għall-monaċi, iżda hija mfassla wkoll biex tiggwida l-ħajja ta’ kull nisrani.

Persekuzzjoni li għenet fit-tixrid tal-messaġġ nisrani
Mill-ktieb tal-Atti tal-Appostli naraw kif l-istess persekuzzjoni kontra l-insara serviet biex għenet fit-tixrid tal-Evanġelju mal-Imperu Ruman kollu.

MIRAKLI EWKARISTIĊI
Matul iż-żmien ġew irrappurtati għadd ta’ Mirakli Ewkaristiċi. Wara stħarriġ intensifikat, il-Knisja approvat madwar 152.

MISSIRIJIET IL-KNISJA
Paġna web li tiġbor materjal dwar il-Missirijiet tal-Knisja u r-rwol tagħhom fl-istorja tal-Kristjaneżmu.

It-Terzjarji fil-Knisja
Fil-Knisja Kattolika nsibu diversi forom ta’ impenn li jistgħu jgħinu lill-lajċi nsara jgħixu l-fidi tagħhom b’mod aktar profond. Fost dawn hemm gruppi magħrufa bħala tat-Terzjarji.

Il-Verġni Marija, mudell tal-Knisja
Il-Papa Ljun XIV jitkellem dwar l-aħħar kapitlu tal-Lumen Gentium u kif il-Verġni Marija mhux biss hi Omm il-Knisja, iżda wkoll mudell tagħha.



