Filwaqt li l-industrija tal-konsumiżmu tilgħab bil-gosti tagħna billi dejjem tipproponilna bżonnijiet ġodda biex tbigħilna tweġibiet li ma jissodisfawx u li ximindaqqiet jivvelenaw il-qalb …

KOMPLI


L-enċiklika hija waħda mill-aktar forom magħrufa ta’ tagħlim uffiċjali li joħorġu l-papiet. Matul-aħħar sekli, dawn id-dokumenti servew bħala mezz biex il-papa joffri riflessjoni teoloġika, gwida pastorali u tagħlim morali dwar kwistjonijiet li jolqtu lill-Knisja u lid-dinja kollha. …

KOMPLI

Meta tiftaħ ktieb reliġjuż kattoliku, speċjalment tat-teoloġija jew katekeżi tinnota f’waħda mill-paġni ta’ quddiem il-kliem, Nihil Obstat u Imprimatur. Dawn huma parti importanti mit-tradizzjoni editorjali tal-Knisja u għandhom tifsira preċiża.

KOMPLI


L-ewwel artiklu f’sensiela minn Joe Galea dwar il-kontribut tal-Knisja Nisranija fl-arti u l-letteratura.

Liema hi l-aqwa pittura ta’ kull żmien? Hi l-Aħħar Ċena, ta’ Leonardo da Vinċi? Liema hi l-aqwa skultura ta’ kull żmien? Hi l-Pieta’ ta’ Michelangelo? Jew ta’ Raffaello? Meta naħsbu fuq arti grandjuża, jiġu f’moħħna arti u artisti li ġew ispirati u sostnuti mill-Knisja Nisranija.

KOMPLI


L-EWWEL ENĊIKLIKA TAL-PAPA LJUN XIV: Kompli aqra magħna silta oħra bil-Malti kuljum minn dan id-dokument soċjali fuq il-ħarsien tal-bniedem f’dan iż-żmien ta’ Inteliġenza Artifiċjali. (# 91-94 ) … Aktar

Fis-7 ta’ Jannar ta’ 2026, fl-Udjenzi ta’ kull nhar ta’ Erbgħa, il-Papa Ljun XIV beda sensiela ta’ katekeżijiet, dwar il-Konċilju Vatikan II u d-Dokumenti tiegħu.

Aktar




Introduzzjoni eċċellenti għall-Marioloġija Kattolika u riżorsa prezzjuża kemm għall-formazzjoni personali kif ukoll għall-użu fil-katekeżi, fil-gruppi ta’ talb u fl-istudju teoloġiku.

Aktar



Fil-messaġġ tiegħu għal dan tal-Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani, li din is-sena ser ikun imfakkar fis-26 ta’ Lulju 2026, il-Papa Ljun XIV jgħid li din iċ-ċelebrazzjoni hi opportunità biex niskopru mill-ġdid li l-Knisja hi msejħa biex tkun omm kulħadd u li f’kull età  dejjem possibblli li bniedem jagħraf lilu nnifsu bħala iben u bint Alla.

Dal-jum, għalhekk, għandu jkun stimolu għal kulħadd, partikolarment għaż-żgħar, biex mill-ġdid jerġgħu jibdew iżuru lin-nanniet, lill-anzjani tal-familja u anki lil dawk li ħadd ma jmur iżurhom. Permezz ta’ dal-messaġġ wasslulhom il-qrubija u l-għożża tal-Papa.

Il-Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani jkun iċċelebrat kull sena fil-Festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin.

Aktar



Din hija ġabra tad-Dokumenti Soċjali ewlenin tal-Knisja Kattolika sa mir-Rerum Novarum tal-Papa Ljun XIII

Ma’ kull wieħed tista’ ssib link li minnha tiftaħ u taqra d-dokumnent bil-Malti.

Rerum Novarum (1891) mill- Papa Ljun XIII – aqra
Quadragesimo Anno (1931) mill-Papa Piju XI – aqra
Mater et Magistra (1961) mill-Papa Ġwanni XXIII – aqra
Pacem in Terris (1963) mill-Papa Ġwanni XXIII – aqra
Gaudium et Spes (1965) mill-Konċilju Vatikan II – aqra
Populorum Progressio (1967) mill-Papa Pawlu VI – aqra
Laborem Exercens (1981) mill-Papa Ġwanni Pawlu II – aqra
Centesimus Annus (1991) mill-Papa Ġwanni Pawlu II – aqra
Caritas in Veritate (2009) mill-Papa Benedittu XVI – aqra
Laudato Si’ (2015) mill-Papa Franġisku – aqra
Fratelli Tutti (2020) mill-Papa Franġisku – aqra
Magnifica Humanistas (2026) mill-Papa Ljun XIV – aqra


Din id-devozzjoni tiffoka fuq il-ħajja interjuri tal-Verġni Marija, fuq l-imħabba tagħha lejn Alla, il-fidi qawwija lejħ, l-ubbidjenza li kellha għar-rieda divina, u l-kura materna li dejjem lejn il-bnedmin kollha.

Il-bażi ta’ din id-devozzjoni tinsab fl-Iskrittura Mqaddsa. Fl-Evanġelju ta’ San Luqa naqraw li Marija “Marija, min-naħa tagħha, baqgħet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha.” (Lq 2:19). Il-qalb tagħha kienet il-post fejn hija kkontemplat il-misteri tal-ħajja ta’ Kristu u laqgħet bil-fidi l-pjan tas-salvazzjoni.

Aktar …


L-Enċiklika tal-Papa Franġisku, Dilexit Nos, dwar l-imħabba umana u divina tal-Qalb ta’ Ġesù.

“Huwa biss jekk nibdew mill-qalb li l-komunitajiet tagħna jista’ jirnexxilhom jgħaqqdu d-diversi intelliġenzi u ridiet u jippaċifikawhom, sa ma l-Ispirtu jmexxina bħal xibka ta’ aħwa, għax anki l-paċifikazzjoni hi ħidma tal-qalb. Il-Qalb ta’ Kristu hi estasi, hija ħruġ, hija don, hija laqgħa. Fiha nsiru tassew kapaċi nidħlu f’relazzjoni ma’ xulxin b’mod san u hieni u nibnu f’din id-dinja s-Saltna tal-imħabba u tal-ġustizzja. Il-qalb tagħna marbuta ma’ dik ta’ Kristu tkun kapaċi tasal għal dan il-miraklu soċjali.”

Aktar


07:00. Santwarju Madonna Ta’ Pinu, Għarb.
07:30. Kappella tal-Madonna ta’ Lourdes, Floriana.
13:00. Kappella tal-Università ta’ Malta, Msida.
17:00. Kappella tal-Isptar Mater Dei, Msida.
18:00. Knisja Parrokajli Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa.

Ingħaqad magħna inti wkoll minn hawn … klikkja
Ara mappa tal-lokalitajiet kollha madwar id-dinja … klikkja
Ara mappa tal-lokalitajiet fil-gżejjer Maltin … klikkja


SETGĦA – AWTORITÀ FID-DIZZJUNARJU BIBLIKU

Skont il-Bibbja, is-setgha hi ta’ Alla biss. Hu biss li jista’ kollox u li hu fuq kollox u kulħadd. Jekk il-bnedmin iħaddmu xi setgħa jew awtorità fuq l-art, din iħaddmuha f’isem il-Mulej Alla, għax hu biss seta’ jagħtihielhom.

Aktar

IL-FEHMA TAL-PAPA GĦAL ĠUNJU

Nitolbu biex l-isport ikun mezz ta’ paċi u djalogu bejn il-kulturi u n-nazzjonijiet.

Aktar

IL-ĠISEM U D-DEMM TA’ KRISTU

Ħsibijiet u riżorsi oħra minn diversi kontributuri dwar il-Qari fil-Quddies tal-Ħadd li ġej.

Aktar

Meta l-Isqfijiet Jiltaqgħu

Dwar il-ktieb, ta’ John W. O’Malley li jqabbelhom il-Konċilji ta’ Trentu, Vatikan I u Vatikan II.

Aktar

Malta u Għawdex f’Katina ta’ Rużarju madwar id-dinja kollha fil-Festa tal-Qalb ta’ Ġesù.

Din is-sena, hija l-10 darba li qed nerġgħu nieħdu sehem, bil-parateċipazzjoni minn 5 lokalitajiet; mis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, mill-Kappella ta’ Lourdes fil-Floriana, mill-Università ta’ Malta, mill-Isptar Mater Dei, u mill-Parroċċa tal-Ġwardamanġa.

Links u aktar dettalji ….


LEJN SOĊJETÀ AKTAR ĠUSTA
IT-TAGĦLIM SOĊJALI TAL-KNISJA KATTOLIKA

X’inhuwa t-Tagħlim Soċjali Kattoliku? (1)

Għaliex il-Knisja Kattolika mhijiex interessata biss mill-ħajja spiritwali tal-bniedem, iżda wkoll mill-kundizzjonijiet soċjali, ekonomiċi u politiċi li fihom jgħix.

Aktar

L-Iżvilupp storiku tat-Tagħlim Soċjali (2)

It-Tagħlim Soċjali Kattoliku ma żviluppax f’daqqa. Huwa frott ta’ proċess storiku twil li fih il-Knisja wieġbet għall-isfidi soċjali, ekonomiċi u politiċi ta’ kull żmien. 

Aktar

Id-Dinjità tal-Persuna Umana (3)

Kull bniedem għandu valur uniku u sagru, mhux minħabba l-ġid li jkollu, lanqas il-kapaċitajiet tiegħu jew l-istat li jokkupa fis-soċjeta, iżda sempliċement għax huwa maħluq minn Alla u fuq ix-xbieha ta’ Alla.

Aktar


Inkomplu naqraw bil-mod il-mod l-Enċiklika Magnificat Umanitas tal-Papa Ljun XIV

Nixtiequ nidħlu fi djalogu mal-bnedmin kollha ta’ żmienna, u flimkien magħhom nieħdu sehem fil-ġrajjiet, fil-mistoqsijiet u fix-xewqat tal-umanità.[ii] Flimkien magħhom, irridu nindividwaw toroq ġodda għall-ġid komuni u l-promozzjoni ta’ ħajja dinjituża għal kulħadd. Din l-attitudni għad-djalogu hi parti integrali mill-vokazzjoni tal-Knisja, għax hi, imwaqqfa “fi Kristu, bħal sagrament […] tal-għaqda intima ma’ Alla u tal-unità tal-ġens tal-bnedmin kollu”,[iii] tagħraf fl-istorja l-post li fih il-Vanġelu jisfida u jsieħeb l-esperjenza umana.

Kompli …

“L-umanità tal-għaġeb maħluqa minn Alla għandha llum quddiemha għażla deċiżiva: ittella’ torri ta’ Babel ieħor jew tibni l-belt fejn Alla u l-bnedmin jgħammru flimkien … ” (par. 1)

“Nixtiequ nidħlu fi djalogu mal-bnedmin kollha ta’ żmienna, u flimkien magħhom nieħdu sehem fil-ġrajjiet, fil-mistoqsijiet u fix-xewqat tal-umanità. Flimkien magħhom, irridu nindividwaw toroq ġodda għall-ġid komuni u l-promozzjoni ta’ ħajja dinjituża għal kulħadd. Din l-attitudni għad-djalogu hi parti integrali mill-vokazzjoni tal-Knisja …” (par. 2)

“Meta l-Papa Ljun XII kien ippublika l-Enċiklika Rerum novarum, li tagħha din is-sena qed niċċelebraw il-135 anniversarju, xi wħud oġġezzjonaw li l-Knisja ma kellhiex taħli enerġiji fi kwistjonijiet mondani, imma kellha aktar taħseb kif ħa twassal messaġġ ta’ ħajja eterna, hu wieġeb b’realiżmu u għerf li t-tħabbira tal-Vanġelu ma tistax tinsa l-ħajja konkreta tal-popli …” (par. 3)


Il-Papa Ljun XIV dwar Sacrosanctum Concilium

20 ta’ Mejju 2026: Illum, il-Papa Ljun XIV ta’ bidu għal serje ta’ katekeżijiet fuq l-ewwel Dokument ippromulgat mill-Konċilju Vatikan II: il-Kostituzzjoni fuq il-liturġija mqaddsa Sacrosanctum Concilium.

Kompli …

Nistennew ħerqana l-ewwel Enċiklika tal-Papa Ljun XIV

135 sena ilu, il-Papa Ljun XIII kien tana r-Rerum Novarum. dwar il-ħwejjeġ ġodda li kienu qed iseħħu fid-dinja ta’ żmienu. Illum liema huma l-ħwejjeġ ġodda  li l-Papa Ljun XIV se jkellimna dwarhom?

Kompli …

Il-Papa Ljun XIV f’laqgħa mad-dinja tal-kultura Afrikana

L-inawgurazzjoni ta’ campus universitarju mhix sempliċi att amministrattiv jew sempliċi espansjoni tal-infrastruttura u l-imkejjen tal-istudju. 

Kompli …


L-għażla f’idejna …

Magnifica Humanitas – Umanità tal-Għaġeb

1. L-umanità tal-għaġeb maħluqa minn Alla llum għandha quddiemha għażla deċiżiva: ittella’ torri ta’ Babel ieħor jew tibni l-belt fejn Alla u l-bnedmin jgħammru flimkien. Kull ġenerazzjoni tirċievi b’wirt il-missjoni li ssawwar iż-żmien tagħha: li tgħin lill-istorja timmatura bħala post li fih id-dinjità ta’ kull persuna tiġi mħarsa, il-ġustizzja mseddqa u l-fraternità tkun possibbli. Imma fuq kull epoka jdellel ir-riskju li nispiċċaw nibnu dinja diżumana u iktar inġusta. Hemm fejn l-umanità tinsab fil-periklu li titlef l-istess wiċċ tagħha, aħna l-Insara nerfgħu ħarsitna lejn Alla li sar bniedem, għax nafu li “l-misteru tal-bniedem jiddawwal tassew biss fil-misteru tal-Iben ta’ Alla magħmul bniedem”. 

Kompli …

Lectio Divina- li fiha, il-Qari tal-Kelma ta’ Alla, issir talba.

Il-Papa Benedittu XVI kien qalina li jekk tiġi promossa b’mod effettiv, il-Lectio Divina ġġib fil-Knisja rebbiegħa spiritwali ġdida. Fittex hawn …

Lectio Divina- li fiha, il-Qari tal-Kelma ta’ Alla, issir talba.

Il-Papa Benedittu XVI kien qalina li jekk tiġi promossa b’mod effettiv, il-Lectio Divina ġġib fil-Knisja rebbiegħa spiritwali ġdida. Fittex hawn …


Ad Gentes; mhux biss dokument tal-Konċilju, imma missjoni m’għand Kristu

Il-Knisja ma tistax tibqa’ magħluqa fiha nnifisha jew maqfula fis-sagristiji tagħha.

Kompli …


San Ġorġ Preca u l-Misteri tad-Dawl

Ħamsa u erbgħin sena qabel ma l-Papa Ġwanni Pawlu II żied ħames misteri fir-Rużarju biex jikkumplimentaw lil dawk tal-Ferħ, tat-Tbatija u tal-Glorja, San Ġorġ Preca kien għażel ħames episodji mill-ħajja ta’ Ġesù u sejħilhom bl-istess isem, il-Misteri tad-Dawl.

Kompli …


Il-Knisja, pellegrina fl-istorja lejn pajjiżna tas-Sema

Il-Papa Ljun XIV waqt l-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2026. Ikompli l-katekeżi dwar il-Lumen Gentium tal-Konċilju Vatikan II.

Kompli …


San Ġużepp Ħaddiem u l-valur tax-Xogħol

Fl-1 ta’ Mejju, il-Knisja tiċċelebra l-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem biex tfakkar fil-valur tax-xogħol …

Kompli …

Id-Devozzjoni lejn il-Madonna matul Mejju

Bdiet f’Ruma minn ċertu Padre Latomia, Ġiżwita li kien prefett fil-Kulleġġ Ruman tas-Soċjetà ta’ Ġesù …

Kompli …

San Ġorġ Preca u l-Verġni Marija

San Ġorġ Preca li nfakkruh fid-9 ta’ Mejju, ħabb lill-Verġni Marija u xerred fostna id-devozzjoni lejha .

Kompli …



Il-Papa Ljun XIV għall-Jum Dinji tal-Vokazzjonijiet, 2026

Il-vokazzjoni mhijiex mument wieħed, iżda proċess dinamiku ta’ maturazzjoni sostnut mill-intimità mal-Mulej tagħna.

Kompli …


Lejl Mudlam. Minn San Ġwann tas-Salib

Jiddeskrivi l-proċess li spiss tgħaddi minnu r-ruħ biex teqreb lejn Alla. Il-“lejl mudlam” huwa metafora għall-esperjenza ta’ nuqqas ta’ konsolazzjoni spiritwali.

Kompli …


Il-Konverżjoni ta’ Santu Wistin

Fit-Tmien Ktieb tal-Isqarrijiet, il-Qaddis Wistin ta’ Ippona jikteb dwar il-konverżjoni tiegħu, deskritta mill-Papa Benedittu XVI bhala konverjoni tripla.

Kompli …


San Benedittu, Fundatur tal-Monakiżmu fil-Punent

  • Għeruqu fl-esperjenza ta’ Alla.
  • Bidel in-negattiv f’pożittiv.
  • Wera li l-fidi hija għajn ta’ ġid fis-soċjetà.

Kompli …


Qari mill-Atti tal-Appostli fil-Quddies ta’ Żmien il-Għid

Matul dawn il-ġranet, il-Knisja tagħti l-akbar importanza lill-qari mill-Atti tal-Appostli, u dan għal raġunijiet importanti ħafna.

Kompli …


It-Talba tal-Angelus u dik tar-Reġina Caeli

Fi żmien il-Għid, minflok l-Angelus, il-Knisja titlob ir-Regina Coeli, bl-għajta għal aktar minn darba, tal-Alleluia.

Kompli …


It-Tagħlim tal-Papa Franġisku dwar l-Atti tal-Appostli

Issa li fil-Quddies qed ikolna kuljum minn dan il-Ktieb tat-Testment il-Ġdid, tajjeb naraw x’kien qalilna l-Papa Franġisku dwaru.

Kompli …


De civitate Dei – Il-belt ta’ Alla

Opra importanti u deċiżiva għall-iżvilupp tal-ħsieb politiku tal-Punent u għat-teoloġija Nisranija tal-istorja … Ktieb kbir ta’ Santu Wistin, li huwa preżentazzjoni tal-istorja tal-umanità mmexxija mill-Providenza divina.


Dilexi Te: Jiena lilek ħabbejtek

F’din l-eżortazzjoni, il-Papa Ljun XIV jfakkarna li l-imħabba lejn Alla ma tistax tkun separata mill-imħabba lejn il-foqra. Qal li fil-foqra u fil-persuni vulnerabbli nistgħu niltaqgħu ma’ Kristu nnifsu.


Katekeżijiet mill-Papa Benedittu XVI fuq Santu Wistin

1. Ħajtu.
2. L-aħħar snin, mewtu u t-tagħlim.
3. Fidi u raġuni.
4. Il-kitbiet tiegħu.
5. Il-konverżjoni tripla.


X’ġara mill-Katekumenat Nisrani matul l-istorja tal-Knisja?

Il-katekumenat oriġinali tal-Knisja tal-bidu għadda minn bidliet kbar matul l-istorja. Kien hemm żmien ukoll meta sparixxa għal kollox.