Rigal minn Alla lill-Knisja tiegħu.

Fr1-7“Annuntio vobis gaudium magnum. Nagħtikom aħbar ta’ ferħ kbir.” Waqt li bdejt insegwi kollox fuq it-televiżjoni, jiena stess kont għadni ma bdejtx nifhem sewwa l-implikazzjonijiet kbar ta’ dik l-aħbar.  L-oriġni tal-kliem bil-Latin li min jaf kemm drabi tħabbar minn dik il-gallerija majestuża fuq Pjazza ta’ San Pietru, imur lura tal-anqas elfejn sena.  Kien tħabbar l-ewwel darba mill-anġlu lil ftit rgħajja foqra mir-raħal ta’ Betlehem.  X’fehmu dawk dakinhar?  U x’qed nifhmu aħna llum dwar l-implikazzjonijiet kbar ta’ din l-aħbar unika. Continue reading Rigal minn Alla lill-Knisja tiegħu.