Organiżmu ġdid għall-evanġelizzazzjoni ġdida.

Print Friendly, PDF & Email

BL-EVANĠELIZZAZZJONI ĠDIDA L-KNISJA TIĠĠEDDED U TIKBER

“Flimkien mal-isqfijiet kollha se nfittxu nqanqlu organiżmu ġdid li jkun jista’ jaħdem għall-evanġelizzazzjoni ġdida. Kif jeżisti wieħed għall-katekeżi, ieħor għall-karità, l-istess għandu jsir wieħed għall-evanġelizzazzjoni ġdida.”  Dan qalu l-Arċisqof Rino Fisichella, President tal-Kunsill Pontifiċju għall-promozjoni  tal-evanġelizzazzjoni ġdida, f’intervista li ta lill-aġenzija tal-aħbarijiet kattoliċi, Zenit.

L-Arċisqof Fisichella qal li l-ewwel evanġelizzaturi huma l-Isqfijiet u għalhekk  wieħed mill-ħidmiet li l-Papa fdalna f’idejna hu eżattament dak li nagħmlu  kuntatt partikulari mal-konferenzi tal-isqfijiet propju biex jinħoloq dan l-organu.

Huwa qal li l-Evanġelizzazzjoni Ġdida …

  • ma ssirx għax qed ngħixu fi żminijiet ta’ kriżi….
  • tfisser li nġeddu fina l-ispirtu missjunarju li għandu jkollu kull nisrani għax teħtieġ missjunarji ġodda …
  • ma ssirx billi noqogħdu madwar mejda biex nippjanaw …
  • hija intuwizzjoni profetika li ġġegħelna naħsbu bis-serjetà fuq żminijietna …
  • iġġegħelna nifhmu l-mard tas-sekolarizzazzjoni li welled din il-kundizzjoni …
  • u naħsbu fuq x’qed iwassal il-bniedem tallum li ma jimpurtah xejn mill-verità …
  • twassalna nuru li l-laqgħa u l-esperjenza t’Alla hija kundizzjoni meħtieġa biex il-bnedmin tallum jerġgħu jsibu tassew is-sens ta’ ħajjithom …
  • hija d-dmir li inwasslu mill-ġdid il-Vanġelu. …
  • tridna nibdlu l-mod kif nitkellmu, waqt li l-kontenut jibqa’ dejjem dak li hu.

Jekk naħsbu jew nimmaġinaw li l-Knisja hi biss dik li tiġi ppreżentata lilna minn xi mezzi ta’ komunikazzjoni tal-massa, joħroġ ċar li se jkollna dejjem dehra parzjali u mgħawġa. Imma l-Knisja mhijiex hekk. Il-Knisja hi ta’ kobor li tibdel in-nies billi twasslilhom u tkunilhom xiehda tal-Vanġelu.

Ara l-intervista kollha bil-Malti, li Monsinjur Fisichella ta liż-Zenit.  Ikklikkja hawn …>

7 thoughts on “Organiżmu ġdid għall-evanġelizzazzjoni ġdida.”

  1. Li tevangelizza mill-gdid ma jfissirx li twassal xi Evangelju gdid izda li terga’ tmur lura lejn l-eghruq tal-Kristjanezmu u terga’ twassal l-ahbar it-tajba mill-gdid anke lil dawk li huma ‘diga evangelizzati’. Kull mghammed bl-Ilma u bl-Ispirtu ghandu d-dritt u d-dmir li l-ewwel ikun hu evangelizzat u dak li jircievi ma jibqax ghalih biss imma jkun xhud ta’ Kristu billi jxandru lill-ohrajn. Jekk ma nitghallmux naqraw l-Iskrittura Mqaddsa u nifhmu l-messagg taghha (fejn ma nifhmux naraw li nfittxu li nitghallmu bhal dak l-Ewneku fl-Atti tal-Appostli li talab l-ghajnuna ta’ Filippu), ma nistghux inkunu evangelizzaturi. Il-media nofs messagg twasslilna u dak li jaqbel lilha. Ghalhekk irridu nfittxu t-taghlim taghna fi hdan Ommna l-Knisja Mqaddsa.

  2. Lazzru, qum! Lazzru, ohrog!

    Nistaqsi jien, ahna meta se nqumu mir-raqda, jew ahjar mill-mewt li qeghdin fiha? Meta se nohorgu mill-qabar li ndfinna fih? Min se jnehhilna l-blata? Min se jhollilna l-faxex?

    Tghid, din id-darba, Lazzru jixtieq iqum mill-mewta tieghu?

  3. Nahseb li fl-evangelizzazzjoni mhemmx min irid jevangelizza u min irid ikun evangelizzat. Kull nisrani huwa evangelizzatur u jehtieglu jkun evangelizzat. Ghalhekk f’dan il-process ta’ evangelizzazzjoni gdida, qabel xejn iridu nibdew bil-konverzjoni taghna nfusna. Jekk mhux lesti ninbidlu ahna, allura mhu se nghinu lil hadd biex jinbidel. Fi zmien Kristu, l-akbar ostaklu kienu dawk li riedu jikkonvertu lill-ohrajn u qatt ma hassew il-htiegu li jikkonvertu huma stess.

  4. Evangelizzazzjoni gdida zgur ma tfissirx Evangelju gdid. Forsi tfisser Evangelizzaturi godda?

  5. Allura se noholqu struttura ohra? Mhux ahjar nirristrutturaw dawk li diga ghandna? Per ezempju l-ghaqdiet x’minnhom? Ghadhom jezistu? Per ezempju l-kunsilli fil-parrocci se jibqghu sejrin bil-programmi li kellhom dejjem? U l-parrocci? Dawn se jibqghu jirrepetu sena wara sena dak l-istess programmi li dejjem kellhom?

  6. Veru li kif hemm fl-intervista li l-evangelizzazzjoni gdida ma ssirx ghax qed nghixu fi zmien ta’ krizi. Imma donnu li l-bniedem irid ikun fi krizi biex jipprova jitharrek.

  7. Qrajt dak li qal l-arcisqof Fisichella fl-intervista. Laqtuni zewg punti wiehed iwassal ghall-iehor

    a. l-evanġelizzazzjoni ġdida teħtieġ missjunarji ġodda.

    b. ma nistgħux noqogħdu madwar mejda biex nippjanaw kif se nagħmlu l-evanġelizzazzjoni ġdida għax jekk nagħmlu hekk ma taħdimx. Xogħolna jsir billi jkollna u nrabbu missjunarji ġodda.”

    L-evanagelizzazzjoni ma titwettaqx bil-pjanijiet, wiehed wara l-iehor, li jibqghu fuq il-karta, imma bil-missjunarji.

    Jekk ma nifhmux din, imsieken ahna.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading