Il-Papa f’Santa Marta: Is-sabar ta’ Alla

Print Friendly, PDF & Email

It-Tnejn, 25 ta’ Marzu 2013: Is-sabar ta’ Alla kien iċ-ċentru tal-omelija tal-Papa Franġisku waqt il-quddiesa li kkonċelebra fl-ewwel sigħat tal-għodwa tat-Tnejn, 25 ta’ Marzu 2013, fil-kappella tad-Domus Sanctæ Marthæ.

Waqt li fil-qosor ikkummenta l-qari liturġiku tal-jum, il-Papa qal li fid-deskrizzjoni tal-qaddej batut fil-ktieb tal-profeta Iżaija hemm l-ikona ta’ Ġesù, tal-manswetudni tiegħu u tas-sabar tiegħu. Dan is-sabar ta’ Alla huwa misteru u dan jidher mill-atteġġjament ta’ Ġesù stess fil-konfront ta’ Ġuda, żied jgħid il-Qdusija Tiegħu, filwaqt li rrefera għar-rakkont tal-Ġriżma tal-Morda ġo Betanja skont l-Evanġelju ta’ Ġwanni (12, 1-11). Alla huwa paċenzjuż daqs missier l-iben il-ħali li ta’ kuljum kien jistenna r-ritorn tiegħu. U jekk naħsbu dwar dan waqt li napplikawh għal kull wieħed minna, spiċċa jgħid il-Papa Franġisku, mill-qalb tagħna toħrog biss kelma waħda: grazzi.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb


%d