Il-Papa f’Dar Santa Marta: Nimxu l-Avvent mal-omeliji tal-Papa Franġisku.

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ġimgħa, 5 ta’ Diċembru 2014: Issa li l-Milied qed joqrob, il-Papa Franġisku qed jinkludi, fl-omelija tal-quddiesa li jqaddes filgħodu, grazzji partikolari li l-Kattoliċi għandhom jitolbu hekk kif jippreparaw għall-Milied. Nhar it-2 ta’ Diċembru 2014, il-Papa Franġisku għalaq l-omelija tiegħu fil-kappella tar-residenza tiegħu, billi qal lill-kongregazzjoni żgħira miġbura, ‘Ejja nitolbu lill-Mulej matul dan l-Avvent biex jiġbidna aktar lejH, aktar lejn il-misteru tiegħu u biex jagħmel hekk fuq il-mogħdija li jixtieq minna: il-mogħdija tal-umiltà, il-mogħdija tal-manswetudni, il-mogħdija tal-povertà, il-mogħdija tal-għarfien li aħna midinbin.’

Hekk kif kien qiegħed jipprietka jumejn wara, huwa qal, ‘Ejja nitolbu lill-Mulej biex jgħinna nkunu fis-sod fuq il-blata li hi Hu; it-tama tagħna fiH. Aħna lkoll midinba, ilkoll dgħajfa, imma jekk nitfgħu t-tama tagħna fiH, nimxu ’l quddiem.’  B’dawn is-siltiet mill-omeliji tal-quddiesa online u fuq ir-Radju Vatikan, miljuni ta’ nies qegħdin jużaw l-omeliji tal-Papa Franġisku bħala gwida matul is-sena liturġika tal-Knisja.

Mill-ewwel Ħadd tal-Avvent, it-30 ta’ Novembru 2014, beda l-qari l-ġdid tal-quddiesa, kalendarju sħiħ ta’ staġuni u festi. Filwaqt li kull quddiesa hija kommemorazzjoni tal-ħajja, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù, il-kalendarju liturġiku tal-Knisja huwa maħsub biex jgħin lill-Kattoliċi jiffukaw fuq avvenimenti speċifiċi filwaqt li jagħmlu progress matul is-sena u ż-żmien.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija, Rabat, Malta

 

 

 

Leave a Reply

%d bloggers like this: