Home > Aħbarijiet > Talba għall-Elezzjoni Ġenerali 2017

Talba għall-Elezzjoni Ġenerali 2017


Is-Sibt, 6 ta’ Mejju 2017: Bħal ma jsir f’kull Elezzjoni Ġenerali, il-Kurja Arċiveskovili ppublikat din iċ-Ċirkolari għas-saċerdoti u għar-reliġjużi kollha fl-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Nitolbu …

Biex is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha jkunu jistgħu jaqdu dejjem tajjeb il-missjoni tagħhom fil-Knisja u fis-Soċjetà, u jibqgħu dejjem sinjal u strument ta’ għaqda u mħabba fil-komunità, Monsinjur Arċisqof jixtieq ifakkarhom li:

F’ebda żmien m’għandhom jattendu meetings u attivitajiet oħra politiċi.
M’għandhomx jieħdu sehem fi programmi jew xandiriet politiċi, jew jiktbu f’gazzetti jew perjodiċi politiċi, jew jieħdu sehem fi programmi mxandra fuq stazzjonijiet ta’ radju jew televiżjoni jew media oħra mmexxija minn partiti politiċi, ħlief biss fejn is-sehem jew programm tagħhom ikun ta’ natura reliġjuża u bil-permess tal-Ordinarji tagħhom.
Ma għandux jiġi ċelebrat Quddies f’okkażjonijiet jew ċirkostanzi li jkollhom xi konnessjoni ma’ attivitajiet jew partiti politiċi.
Bi kliemhom u għemilhom għandhom jispiraw sentimenti ta’ fraternità, imħabba, komprensjoni u tolleranza.
Għandna nitolbu d-dawl u l-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu. Għalhekk, minn meta tasal din iċ-Ċirkolari sa nhar is-Sibt, 3 ta’ Ġunju, fil-Quddies kollu għandha tiżdied din l-invokazzjoni fit-Talba tal-Fidili:

“Mulej, għinna nagħżlu mexxejja xierqa għal pajjiżna li bl-għerf u s-sabar ifittxu l-ġid veru tagħna f’din id-dinja mill-aħjar li jistgħu.”

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: